Uffiċjali Maltin appuntati fid-Danimarka

Illum l-uffiċjali internazzjonali Clayton Pisani bħala referee, u l-assistenti referees Alan Camilleri u Duncan Sultana, ser jikkontrollaw il-logħba ta’ ħbiberija ta’ taħt il-21 sena bejn id-Danimarka u l-Ingilterra, li ser tintlagħab fil-BioNutria Park Stadium ta’ Randers, fid-Danimarka.

Aqra aktar

Maltin f’nofs attakk terroristiku… memorja kerha

22 ta’ Marzu – Id-data li żgur il-Maltin li kienu f’nofs attakk terroristiku qatt m’hu se jinsew. Kienet propju f’din id-data, sena ilu, li l-ajruport Zaventem fi Brussell inbidel f’xena makabra, xena ta’ traġedja.

Kienu qed jistennew biex jitilqu għat-titjira tagħhom, min sejjer lura fejn il-familja, min se jsiefer fuq xogħol u oħrajn għal vaganza iżda minflok spiċċat vittmi ta’ memorja kerha ta’ attakk terroristiku. L-attakki terroristiċi ma sarux biss fl-ajruport iżda anke f’Maalbeek.

Aqra aktar

Is-sbuħija Maltija tkaxkar l-unuri fl-Ingilterra

Is-sbuħija Maltija spikkat f’żewġ konkorsi separati li saru lbieraħ fl-Ingilterra. Dan hekk kif il-mudell Malti Neil Scerri rnexxielu jirbaħ il-konkors internazzjonali tal-moda Top Model Worldwide Search li saret f’Hilton Metropole. Scerri mhux biss intagħżel bħala l-mudell rebbieħ, minn 42 finalist, iżda rnexxielu ukoll jimpressjona fir-ritratti hekk kif rebaħ ukoll il-kategorija Best Photographic Looks.

Aqra aktar

Jekk mhux qed tibqa’ tara l-imejls wara x-xogħol, m’intix normali!

  • Stħarriġ fost ħaddiema Maltin

97% tal-ħaddiema jibqgħu jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol. 95% minnhom iħarsu lejn l-imejl tax-xogħol waqt tmiem il-ġimgħa u 82% tal-ħaddiema Maltin jaraw l-imejl tax-xogħol waqt il-ħin tal-familja jew waqt vaganza. Dan irriżulta minn stħarriġ imwettaq mis-sezzjoni taż-żagħżażgħ tal-Konfederazzjoni tat-Trejd Unjins Maltin, FOR U.M.

L-istħarriġ bl-isem “The Right to Disconnect”, sar bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena u kien l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ politika li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-era diġitali tal-lum. L-informazzjoni nġabret minn kwestjonarju onlajn immirat għall-membri tat-Trejd Unjin fi ħdan il- FOR U.M, fejn ħadu sehem 562 persuna.

Aqra aktar

MALTIN FIL-BŻONN: se jiżżewġu ta’ malajr għax il-missier qed imut

Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.

Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.

Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.

Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.

Aqra aktar

Żiedu l-priġunieri barranin u naqsu l-Maltin

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela provda dettalji dwar kemm kienet il-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull sena mill-2012 sas-sena li għaddiet.

Jirriżulta li kien hemm 12-il priġunier iqas fl-2016 fuq l-2012, l-ammont ta’ priġunieri Maltin naqas bi 33 iżda l-ammont ta’ barranin żdied bi 21 persuna.
Aqra aktar

Mera ta’ min huma l-Maltin

Min huma l-Maltin?

Din il-mistoqsija li jistħarreġ il-ktieb “Il-Maltin – Għemilhom, Drawwiethom u Ġrajjiethom” mill-pinna ta’ Steve Borg u mill-vuċijiet ta’ Maltin, Għawdxin u saħansitra ta’ dawk li jgħixu Kemmuna.

L-awtur Steve Borg spjega li r-riċerka damet aktar minn 14-il sena u dan sabiex jassigura li r-rakkont kien affidabbli.

Aqra aktar

Studenti Maltin b’kumpanija ġdida

 Nitkellmu ħafna dwar l-innovazzjoni u l-benefiċċji li jista’ jkollha, u propju grupp ta’ tmien studenti li jattendu l-iskola ta’ De La Salle ħarġu b’idea li propju tikkonferma dan. Dawn l-istudenti, fetħu kumpanija bl-isem ta’ Flair, li ħarġu bi prodott li qed jgħin lil ħafna studenti li qed jistudjaw għall-eżamijiet  f’livell ordinarju. L-idea tagħhom introduċiet mod alternattiv ta’ kif wieħed jistudja.

Aqra aktar

Il-President tippreżenta r-realtajiet tan-nisa Maltin

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca indirizzat konferenza bl-isem ta’  ‘Are Female Employees Better Off at Work?’ organizzata mill-General Workers’ Union.

Minkejja l-avvanzi kbar favur l-ugwaljanza li seħħew f’pajjiżna matul iż-żminijiet, qalet il-President, għad hemm sitwazzjonijiet serji ta’ inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’pajjiżna.

Spjegat is-sitwazzjoni attwali f’pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend