maltin – Page 5 – One News

Notifiki

MALTIN FIL-BŻONN: se jiżżewġu ta’ malajr għax il-missier qed imut

Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.

Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.

Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.

Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.

Aqra aktar

Żiedu l-priġunieri barranin u naqsu l-Maltin

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela provda dettalji dwar kemm kienet il-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull sena mill-2012 sas-sena li għaddiet.

Jirriżulta li kien hemm 12-il priġunier iqas fl-2016 fuq l-2012, l-ammont ta’ priġunieri Maltin naqas bi 33 iżda l-ammont ta’ barranin żdied bi 21 persuna.
Aqra aktar

Mera ta’ min huma l-Maltin

Min huma l-Maltin?

Din il-mistoqsija li jistħarreġ il-ktieb “Il-Maltin – Għemilhom, Drawwiethom u Ġrajjiethom” mill-pinna ta’ Steve Borg u mill-vuċijiet ta’ Maltin, Għawdxin u saħansitra ta’ dawk li jgħixu Kemmuna.

L-awtur Steve Borg spjega li r-riċerka damet aktar minn 14-il sena u dan sabiex jassigura li r-rakkont kien affidabbli.

Aqra aktar

Studenti Maltin b’kumpanija ġdida

 Nitkellmu ħafna dwar l-innovazzjoni u l-benefiċċji li jista’ jkollha, u propju grupp ta’ tmien studenti li jattendu l-iskola ta’ De La Salle ħarġu b’idea li propju tikkonferma dan. Dawn l-istudenti, fetħu kumpanija bl-isem ta’ Flair, li ħarġu bi prodott li qed jgħin lil ħafna studenti li qed jistudjaw għall-eżamijiet  f’livell ordinarju. L-idea tagħhom introduċiet mod alternattiv ta’ kif wieħed jistudja.

Aqra aktar

Il-President tippreżenta r-realtajiet tan-nisa Maltin

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca indirizzat konferenza bl-isem ta’  ‘Are Female Employees Better Off at Work?’ organizzata mill-General Workers’ Union.

Minkejja l-avvanzi kbar favur l-ugwaljanza li seħħew f’pajjiżna matul iż-żminijiet, qalet il-President, għad hemm sitwazzjonijiet serji ta’ inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’pajjiżna.

Spjegat is-sitwazzjoni attwali f’pajjiżna.

Aqra aktar

“LOW CULTURE GĦAX MALTI?”

Fost attivitajiet politiċi u ġrajjiet oħra, l-jum tal-Ħadd kien ikaratterizzat minn kumment dwar jekk ħanut tal-pastizzi hux ta’ livell għoli biżżejjed biex jilqa’ nies importanti bħal Prim Ministri.

Dan wara kumment fuq Facebook, fejn il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech tkażat għax il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu u Prim Ministri oħra marru għand tal-pastizzi. Post li sejħet ‘common’ u ‘crude’.

Aqra aktar

140 talba f’ġimgħatejn għal irrestawra darek

Kollox jindika li qed toħloq interess sostanzjali l-iskema tal-Awtorità tal-Ippjanar biex persuni jirrestawraw id-dar tagħhom u jkunu megħjuna finanzjarjament. Fl-ewwel sejħa li fetħet biss ġimagħtejn ilu u tagħlaq f’April diġà kien hemm 140 persuna li ressqu t-talba tagħhom biex jipparteċipaw.

Periti li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd qalu li n-numru ta’ talbiet se jkomplu jiżdiedu hekk kif bħalissa huma diversi l-klijenti li qed jagħmlu tħejjijiet biex jieħdu sehem fi skema li qed tkun meqjusa bħala waħda mill-iktar b’saħħithom fl-aħħar snin biex ikun hemm riġenerazzjoni tal-qalba tal-irħula u t-tħeġġiġ biex tintuża proprjetà antika u saħansitra mhux użata.

Aqra aktar

IMĦABBRA TLIET PROĠETTI KBAR li se jtejbu ħajjet il-Maltin

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar tliet proġetti li flimkien jammontaw għal kważi €80 miljun.

Dawn huma ‘One Tablet Per Child’, ‘Sintegram’ u ‘Converge’.

Il-One Tablet Per Child huwa proġett li jiswa kważi €12-il miljun, bil finanzi ġejjin mill-Fond Soċjali Ewropew.  Huwa proġett li minnu se jibbenifika l-Ministeru għall-Edukazzjoni u naturalment l-istudenti Maltin. Huwa proġett immirat li jipprovdi qafas tekniku, grazzi għat-tablets mgħotija lit-tfal, li jintużaw b’mod effettiv fl-ambjent ta’ tagħlim.

Aqra aktar

Il-Maltin mhux ħerqana dwar l-integrazzjoni

Il-Maltin isibuha diffiċli jintegraw ma’ nies ta’ nisel barrani u fost l-iktar gruppi li  l-Maltin għandhom ċertu diffikulta bihom hemm l-Għarab. 

Din waħda mid-diversi konklużjonijiet ta’ studji li kienu preżentati u diskussi f’simpożju fl-Università bit-tema l-Multikulturaliżmu, l-Integrazzjoni u l-Kuntatt fost gruppi etniċi f’Malta. 

Wieħed mill-istudji diskussi sar fi sbatax –il pajjiż, minbarra Malta, u kellu l-għan li jiddentifika xi jwassal għal multikulturaliżmu u xi jxekklu. Staqsa wkoll għaliex u x’inhuma l-bosta l-fatturi li jwasslu għal tensjoni soċjali bejn nies ta’ nisel differenti. 

Hawn irriżulta li f’kull soċjetà jkun hemm ċertu reżistenza għal ċerti influwenza u drawwiet ġodda minħabba l-biża li ċittadin li jkun f’artu jitlef l-awtonomija u l-poter tiegħu. 

Ir-riċerkatur, Gordon Sammut, spjega li din hi xi ħaġa li teżisti f’Malta iktar minn bnadi oħra fejn jirriżulta li l-Maltin huma l-iktar li jibżgħu jintegraw mal-barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend