maltin – Page 4 – One News

Notifiki

WEGĦDA: Nifs ġdid lill-familji

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Silvio Parnis u Rosianne Cutajar dalgħodu spjegaw il-ħafna miżuri li twettqu  biex jgħinu familji Maltin u Għadxin, u dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja.

Dawn l-aħħar erba’ snin, il-piżijiet minn fuq il-familji naqsu billi raħsu l-kontijiet, naqsu t-taxxi, daħlu beneriċji ġodda bħaċ-childcare b’xejn.

Aqra aktar

Il-George Cross ilu 75 sena li ngħata lill-Maltin

Il-George Cross ilu 75 sena magħna. Dawn huwa s-salib li tista’ tara fuq il-bandiera Maltija, li kien ingħata lill-Maltin mir-Re Ġorġ VI tar-Renju Unit.

Xtaq juri apprezzament lejn l il-poplu Malti fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta sofra iżda baqa’ kuraġġuż.

Is-salib ingħata lil Malta fl-1942, u r-Re George VI bagħat messaġġ lill-Gvernatur ta’ Malta Sir William Dobbie, ifaħħar l-eroiżmu u devozzjoni tal-Maltin, li tibqa’ tul iż-żminijiet.

Kull sena llum ikun imfakkar mill-George Cross Island Association.

 

 

Tinduna li int Malti meta…

Mara li tgħix fi New South Wales kitbet dak li temmen li huma kwalitajiet li jagħmluk Malti jew Maltija. Dawn kitbithom fuq paġna li fiha l-komunità Maltija fl-Awstralja taqsam il-ħsibijiet.

Ħafna minn dawn huma esperjenzi Awstraljani li forsi ħafna Maltin li qatt ma marru l-Awstralja ma  jifmhux mill-ewwel. Madanakollu joħorġu ħafna elementi Maltin li jġiegħluk titbissem. Għalkemm forsi jkun hemm min ikemmex xuftejh għax wara kollox, jista’ jkun hemm element ta’ razziżmu. Bħal kollox fil-ħajja, skont kif tħares lejha!

Ara x’taħseb.

Aqra aktar

Uffiċjali Maltin appuntati fid-Danimarka

Illum l-uffiċjali internazzjonali Clayton Pisani bħala referee, u l-assistenti referees Alan Camilleri u Duncan Sultana, ser jikkontrollaw il-logħba ta’ ħbiberija ta’ taħt il-21 sena bejn id-Danimarka u l-Ingilterra, li ser tintlagħab fil-BioNutria Park Stadium ta’ Randers, fid-Danimarka.

Aqra aktar

Maltin f’nofs attakk terroristiku… memorja kerha

22 ta’ Marzu – Id-data li żgur il-Maltin li kienu f’nofs attakk terroristiku qatt m’hu se jinsew. Kienet propju f’din id-data, sena ilu, li l-ajruport Zaventem fi Brussell inbidel f’xena makabra, xena ta’ traġedja.

Kienu qed jistennew biex jitilqu għat-titjira tagħhom, min sejjer lura fejn il-familja, min se jsiefer fuq xogħol u oħrajn għal vaganza iżda minflok spiċċat vittmi ta’ memorja kerha ta’ attakk terroristiku. L-attakki terroristiċi ma sarux biss fl-ajruport iżda anke f’Maalbeek.

Aqra aktar

Is-sbuħija Maltija tkaxkar l-unuri fl-Ingilterra

Is-sbuħija Maltija spikkat f’żewġ konkorsi separati li saru lbieraħ fl-Ingilterra. Dan hekk kif il-mudell Malti Neil Scerri rnexxielu jirbaħ il-konkors internazzjonali tal-moda Top Model Worldwide Search li saret f’Hilton Metropole. Scerri mhux biss intagħżel bħala l-mudell rebbieħ, minn 42 finalist, iżda rnexxielu ukoll jimpressjona fir-ritratti hekk kif rebaħ ukoll il-kategorija Best Photographic Looks.

Aqra aktar

Send this to a friend