BIL-FILMAT: Konsultazzjoni pubblika għal bdil fil-liġi tal-Condominia

Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fil-liġi tal-Condominia.  Din il-liġi taffetwa lil kull min joqgħod f’appartamenti u jagħmel użu mill-komun tal-binja.  B’hekk permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li ser jagħlaq fil-31 ta’ Marzu, ser tkun qed tingħata ħarsa lejn il-bżonnijiet u l-preokkupazzjonijiet ta’ persuni li jintlaqtu minn din il-liġi li saret fl-1997, qabel din isirilha it-tibdil neċessarju.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis spjega kif malli jingħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni ser ikun qed jitlaqqa’ ‘working commitee’ magħmul min-numru ta’ esperti sabiex jitlesta l-abbozz bl-emendi neċċessarji skont il-proposti mressqa mill-pubbliku.

Aqra aktar

Ħafna qed isiru ommijiet wara li jagħlqu t-30 sena

Studju nazzjonali li sar għall-2018 juri kif il-maġġoranza tan-nisa li saru ommijiet kellhom aktar minn 30 sena. Dan ifisser li l-ommijiet Maltin qed ‘jikbru’. Aqra aktar

Is-safar tal-Maltin jiżdied b’mod sinifikanti

Aktar minn 158,000 Malti u Maltija siefru lejn pajjiż ieħor fit-tieni kwart tas-sena.

Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi żieda ta’ tmienja punt tnejn fil-mija fis-safar tal-Maltin bejn April u Ġunju ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Aqra aktar

“Rapporti” minn studenti Maltin dwar l-użu tal-plastik u l-ambjent rikonoxxuti minn għaqda ambjentali dinjija

Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.

YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar

Send this to a friend