Notifiki

Il-Maltin għandhom ferm iżjed fiduċja fil-Gvern tagħhom mill-popli Ewropej – stħarriġ tal-Ewrobarometru

Studju tal-Ewrobarometru juri ċifri pożittivi ħafna fil-fiduċja tal-Maltin fl-istituzzjonijiet bħal ma huma l-Gvern u anki l-Parlament.

Dan meta mqabbel mal-medja Ewropea.

Fil-fatt 49% tal-Maltin, kważi nofs il-popolazzjoni għandha fiduċja fil-Gvern Malti, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-medja tal-pajjiżi Ewropej hija 36%.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Konsultazzjoni pubblika għal bdil fil-liġi tal-Condominia

Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fil-liġi tal-Condominia.  Din il-liġi taffetwa lil kull min joqgħod f’appartamenti u jagħmel użu mill-komun tal-binja.  B’hekk permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li ser jagħlaq fil-31 ta’ Marzu, ser tkun qed tingħata ħarsa lejn il-bżonnijiet u l-preokkupazzjonijiet ta’ persuni li jintlaqtu minn din il-liġi li saret fl-1997, qabel din isirilha it-tibdil neċessarju.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis spjega kif malli jingħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni ser ikun qed jitlaqqa’ ‘working commitee’ magħmul min-numru ta’ esperti sabiex jitlesta l-abbozz bl-emendi neċċessarji skont il-proposti mressqa mill-pubbliku.

Aqra aktar

Ħafna qed isiru ommijiet wara li jagħlqu t-30 sena

Studju nazzjonali li sar għall-2018 juri kif il-maġġoranza tan-nisa li saru ommijiet kellhom aktar minn 30 sena. Dan ifisser li l-ommijiet Maltin qed ‘jikbru’. Aqra aktar

Send this to a friend