Is-sena l-oħra l-ekonomija Maltija kienet €330 miljun aħjar minn dak imbassar

Id-daqqa ekonomika fuq pajjiżna kawża tal-pandemija kienet ferm inqas minn dak imbassar mill-Kummissjoni Ewropea.

Mill-ewwel riżultati lokali għas-sena l-oħra, is-sena li fiha faqqgħet il-pandemija, jidher li frott il-miżuri li ttieħdu mill-Gvern, id-daqqa ekonomika għal pajjiżna spiċċat kienet ta’ disa’ mitt miljun ewro.

Din hija terz inqas mit-telf mill-ispiża turistika, li laħħqet madwar biljun u tliet mitt miljun ewro.Aqra aktar

L-Orkesta Maltija se tinvolvi ruħha fl-industrija tal-films

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għaddejja b’ħidma sabiex fiż-żmien li ġej tkun tista’ tibda tirrekordja l-mużika għall-films internazzjonali.

Żvela dan iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Sigmund Mifsud f’kummenti ma’ One News, fejn spjega wkoll kif fis-sena li għaddiet, il-produzzjonijiet online tal-orkesta laħqu aktar minn ħdax-il miljun persuna f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.

Qal kif, “Ninsabu kuntenti ħafna li l-produzzjonijiet li kellna online laħqu reach ta’ 11-il miljun f’sitta u erbgħin pajjiż differenti u ovvjament anke l-kummentt li kellna minn diversi organizzazjonijiet internazzjonali kienu li l-produzzjonijiet tagħna kienu ta’ livell għoli ħafna. Qed naħdmu biex fil-futur inkunu wkoll involuti fl-industrija tar-recording tal-mużika tal-films.”

Minħabba l-pandemija l-Orkestra kellha tillimita ruħha aktar mis-soltu fuq palk jew teatru quddiem in-nies, iżda l-produzzjonijiet ma waqfux.

Is-Surmast Mifsud saħaq kif iħares ‘l quddiem biex l-orkesta terġa’ tibda ttella’ kunċerti għan-nies.

Spjega, “Nisperaw li s-sitwazzjoni tippermettilna li aħna nkunu f’pożizzjoni li nagħmlu kunċerti live. Pero kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa meta għandek orkestra ta’ 70 ruħ u ġo teatru tista’ ddaħħal mitt ruħ  aħna mhux worth it li nagħmlu kunċert għal 10 min-nies.”

Sigmund Mifsud spjega li fix-xhur li għaddew irrekordjaw diversi kunċerti, saħansitra ħarġu silta mużikali bl-isem ta’ Contemporary Colours, li titratta mużika Maltija ta’ kompożituri Maltin. Apparti dan bdiet kampanja ta’ mużika edukattiva li daħlet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha.

Tennista Maltija ta’ 16-il sena fis-semi finali tal-Australia Open

It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi għamlet isem għaliha u għal Mala dan hekk kif irnexxielha tagħmilha għas-semi finali fil-kampjonat Australia Open. Hija renxxielha tikseb rebħa impressjonanti fil-kompetizzjoni ‘junior doubles’ mal-kollega tagħha Loudmilla Bencheick minn Franza.

It-tnejn li huma rnexxielhom jiksbu rebħa kontra żewġ tfajliet Talandiżi. Fi tliet settijiet. Dawn il-kisbiet ifissru li l-Francesca Curmi flimkien mal-kollega tagħha huma biss tournament wieħed milli jagħmluha għal finali f’ Melbourne.

Wara l-kompetizzjoni fl-Awstralja, din it-tennista ta’ 16-il sena se tkun qed tipparteċipa f’kompetizzjonijiet oħra fi Franza, fl-Italja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Uniti. Hija qed tiġi mħarġa minn Matthew Asciak, Francesco Palpacelli kif ukoll Marco Salerno.

“Daqskemm ħabbejt lit-tfal ma nħobb lil ħadd l-istess”- Maltija li għexet mal-familji fis-Sirja

Min hu mejjet għal qatra u min hu mejjet fis-sakra. Sfortunatament fid-dinja mhux kulħadd huwa xxurtjat biżżejjed li jgħix ħajja komda fil-lussu li jġib miegħu s-seklu 21.

Bħalissa mal-fruntiera bejn il-Libanu u s-Sirja hemm eluf kbar ta’ familji Sirjani li spiċċaw jgħixu f’kampijiet hekk kif art twelidhom, is-Sirja tinsab fi gwerra.

Tkellimna ma’ Lisa Caruana, tfajla Maltija li qattgħet xahar f’din iż-żona u flimkien ma’ dawn il-familji għexet il-ħajja kemm xejn iebsa li ġġib magħha l-gwerra:Aqra aktar

Send this to a friend