L-editorjal tal-MT: Wake-up call għall-PN

Ir-riżultati għall-Partit Nazzjonalista huma ta’ tħassib.

Konklużjoni ċara tal-editorjal tal-Maltatoday li l-Ħadd li għadda ppubblikat stħarriġ tal-opinjoni pubblika.
Stħarriġ li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u dawk li poġġewh fil-kariga ppruvaw ipinġuh bħala xi ħaġa pożittiva.

Iżda, l-analiżi tal-Maltatoday kienet ċara kristall.Aqra aktar

Balzan jistaqsi dwar it-Times u De Marco, it-Times tiġġustifika fl-editorjal

L-għada li ħdax-il persuna tressqu l-Qorti f’każ li nibet minn inkjesta Maġisterjali dwar operat fil-kumpanija li tippubblika t-Times of Malta, il-ġurnalist ta’ esperjenza Saviour Balzan kiteb dwar kif dak li seħħ tefa’ wkoll dawl fuq l-operat ta’ din il-gazzetta u l-kumpaniji li jmexxuha.Aqra aktar

Il-PM jibqa’ fdat aktar minn Grech kważi f’kull faxxa tas-soċjetà – stħarriġ MT

Stħarriġ tal-Maltatoday wera kif il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ aktar fdat mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’kull faxxa tas-soċjetà.

Skont dan l-istħarriġ, Robert Abela jgawdi fiduċja ta’ kważi 40% filwaqt li Bernard Grech kiseb ftit inqas minn 35%.

L-istħarriġ jinnota li f’ċirkostanzi ta’ pandemija ma kienx hemm xi ċaqliq ta’ fiduċja fil-Mexxej Laburista għall-Kap Nazzjonalista, hekk kif dan tal-aħħar baqa’ fejn kien.

L-istess ġara bejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin fejn il-Partit Laburista baqa’ jgawdi vantaġġ sod fuq il-Partit Nazzjonalista.

Il-Prim Ministru Robert Abela jaqbeż l-aktar lil Bernard Grech fil-kategorija l-aktar żagħżugħa.

Fil-fatt ma’ dawk li jgħoddu bejn it-18 u l-35 sena, Robert Abela jgawdi l-fiduċja ta’ 36.2% filwaqt li Bernard Grech għandu fiduċja ta’ 25%.

Dan huwa distakk ta’ aktar minn 11%, l-akbar distakk ta’ fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja f’kategorija ta’ età.

Il-Prim Ministru fdat 16.7% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni – stħarriġ tal-MT

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat 16.7% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Dan skont stħarriġ li ġie ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta Maltatoday. F’Diċembru Robert Abela kien fdat minn 46.8% ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ filwaqt li Bernard Grech kien fdat minn 30.1% ta’ dawk li ħadu sehem fis-sondaġġ tal-Maltatoday.

Is-sondaġġ, li sar wara l-bidliet fil-Kabinett, juri lil Robert Abela fdat iżjed minn Bernard Grech f’kull reġjun u f’kull kategorija ta’ età. L-istħarriġ jinnota wkoll li dan kien l-aktar stħarriġ li Bernard Grech mar ħażin fih sa issa. Robert Abela huwa fdat iżjed minn Bernard Grech fost in-nisa u l-irġiel iżda huwa l-aktar fdat fost iż-żgħażagħ u l-anzjani u l-Prim Ministru reġa’ anki hu iżjed fdat minn Grech f’Għawdex.

Fil-fatt fil-kategorija ta’ dawk li jgħoddu bejn it-18 u l-35 sena, Robert Abela kellu fiduċja ta’ 39.2% filwaqt li Grech kellu biss 18.2%. Il-Maltatoday tgħid li din kienet l-aktar kisba baxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan is-sondaġġ. Fejn tidħol il-kategorija tal-anzjani, jiġifieri dawk li għandhom 65 sena jew aktar, Robert Abela kiseb 58.9% filwaqt li Bernard Grech ġab 30.4%. F’Għawdex, Robert Abela kiseb 59.5% filwaqt li Bernard Grech ġab 26.6%.

Meta l-istħarriġ ħares lejn il-partiti politiċi, l-appoġġ lejn il-Partit Laburista huwa simili ħafna tal-fiduċja tal-mexxej tiegħu u anki reġa’ kiseb il-fiduċja f’Għawdex ukoll. Fuq skala nazzjonali, 42.9% li pparteċipaw fl-istħarriġ qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 30.3% qalu li jixħtu l-vot tagħhom favur il-Partit Nazzjonalista.

Il-Maltatoday qalet li kemm iż-żewġ mexxejja u anki iż-żewġ partiti naqsu ftit mill-persentaġġi rreġistrati wara d-diskorsi ewlenin fil-preżentazzjoni tal-budget iżda dawn il-persentaġġi juru distakk ta’ madwar 36,000 vot bejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’pajjiżna.

Send this to a friend