maltapost – Page 2 – One News

Notifiki

Figuri pożittivi dwar il-Posta Maltija

Tlieta u tmenin fil-mija tan-negozji Maltin huma sodisfatti bil-kwalità tas-servizz inġenerali pprovdut mill-posta Maltija. Dan ħareġ minn stħarriġ li wettqet l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni u li ġie ppubblikat fil-jum tal-Ġimgħa.

Aqra aktar

MaltaPost tipparteċipa fil-fiera internazzjonali tal-bolol Messe Sindelfingen 2017

MaltaPost se tipparteċipa fil-fiera internazzjonli tal-bolol Messe Sindelfingen 2017 li se ssir fil- Ġermanja bejn it-26 u t-28 ta’ Ottubru. Din Il-fiera hija avveniment annwali fejn operaturi postali internazzjonali jesebixxu prodotti tal-filatelija ta’ pajjiżhom. Il-Philatelic Bureau tal- MaltaPost se jkun qed jipparteċipa f’din il-fiera b’bolli ta’ Malta relatati ma’ temi popolari.

Għal din l-okkażjoni speċjali il-Philatelic Bureau se joħroġ Occasion Card li turi vapur ta’ l-ordni mis-sett “Maritime Malta Series V” li kien inħareġ aktar kmieni din is-sena. MaltaPost se toħroġ ukoll Personalised Stamp/Cover u Personalised Stamp li juru l-emblema tal-Fiera. L-Occasion Card se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat kollha tal-MaltaPost minn nhar il-Ħamis 26 ta’ Ottubru 2017.

Ordnijiet għall-Personalised Stamp/Cover u l-Personalised Stamps jistgħu jsiru mill-website www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com

Munita u bolla li jfakkru r-reżiljanza Maltija

Munita kommemorattiva flimkien ma’ bolla stampata inħadmu biex jitfakkar għeluq il-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-konvoj ta’ Santa Marija u l-għoti tal-George Cross f’pajjiżna.

Lejliet il-jum li Malta ssellem lil Santa Marija u għalhekk il-miġja tal-konvoj tkellimna ma’ Kevin Cassar, kuratur fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, li spjegalna d-disinn ta’ din il-munita.  Spjegalna li l-munita, maħduma fir Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta’ Malta u s-sena tal ħruġ  fuq in naħa ta’ quddiem. Imbagħad is-sinjifikat tal-ġrajja jinsab fuq in-naħa ta’ wara.Aqra aktar

Ħarġa ta’ Bolol bit-tema tal-Festi Maltin

Fi stqarrija MaltaPost ħabret li se tkun qed toħroġ sett ta’ bolol li juru statwi proċessjonali ta’ numru ta’ knejjes fil-Gżejjer Maltin. L-ewwel ħarġa tikkonsisti f’għaxar statwi ta’ Santa Marija li jinstabu fi knejjes madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar

It-taxxa fuq id-dħul u pagamenti tas-Sigurta’ Soċjali issa jistgħu jibdew jitħallsu f’kull fergħa postali

It-taxxa fuq id-dħul u pagamenti tas-Sigurta’ Soċjali issa jistgħu jibdew jitħallsu f’kull Fergħa Postali.

Minn nhar it-Tnejn l-10 ta’ Lulju 2017, it-taxpayers jistgħu jibdew jħallsu t-taxxa fuq id-dħul u l- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali f’ kull Fergħa Postali f’Malta u Għawdex.

Dawk kollha li jixtiequ jissetiljaw kont tal-Inland Revenue Department jistgħu jagħmlu dan f’kull Fergħa Postali. Il-pagamenti jistgħu jitħallsu kemm b’ċekk kif ukoll bi flus kontanti. Il-pagamenti aċċettati jinkludu t-taxxa fuq id-dħul, Final Settlement System Tax u kontribuzzjonijiet tas- Sigurta’ Soċjali kif imsemmija hawn taħt:

Aqra aktar

MaltaPost twieġeb dwar il-filmat ta’ ‘Richard’

Stqarrija għall-media, maħruġa mill-MaltaPost

L-inċident tal-allegat video qed ikun ittrattat mill-MaltaPost bl-ikbar rispett lejn id- drittijiet, u kunfidenzjalita’ ta’ dawk kollha konċernati. MaltaPost dejjem tiżgura li sitwazzjonijiet bħal dawn li jikkonċernaw lill-membri tal-istaff tal-Kumpanija, jingħataw l- attenzjoni kollha meħtieġa.

Il-Kumpanija hija nfurmata li il-Pulizija qegħda tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha u għalhekk dawn għandhom jitħallew jieħdu l-kors tagħhom.

Il-pubbliku jifhem li l-MaltaPost innifisha hija totalment estranja għal dan l-inċident.

Rajtu lil Richard u tal-Maltapost? Jekk ixxerred il-filmat, tiġi kriminal ukoll

‘Richard’ qed jiddomina l-midja soċjali. Bosta qed jikkummentaw, jgħaddu botti fuqu u jistaqsu min hu.

Richard spiċċa protagonist ġo filmat li juri żewġ persuni f’Malta jagħmlu atti indiċendi f’vettura. Il-persuna l-oħra hija tfajla li tidher liebsa l-flokk tax-xogħol, jiġifieri tal-Maltapost.

Dan il-filmat bħalissa qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali u qed jintbagħat bejn il-ħbieb b’messaġġ privat, biex jgħaddu siegħa żmien. Ħadd minnhom ma probabli jaf li qed ikunu parti mis-sistema ta’ tixrid ta’ materjal espliċitu mingħajr il-kunsens tal-persuni involuti u din hi llegali.

Aqra aktar

Send this to a friend