maltapost – One News

Notifiki

X’bagħtulu lil Santa Klaws it-tfal din is-sena?

Madwar id-dinja kollha, miljuni ta’ tfal jibagħtu ittra lil Missier il-Milied; fiha jesprimu xi xewqa partikolari fosthom dwar ir-rigal li jixtiequ jaqilgħu jew inkella dwar x’jixtiequ li jesperjenzaw fil-ġejjieni.  Dawn ix-xewqat jintbgħatu l-Finlandja bit-tama li mat-tokki ta’ nofsillejl, ix-xewqa ssir realtà.

Żorna l-posta f’Ħal Qormi fejn mar rajna l-ittri li bagħtu t-tfal Maltin lil Missier il-Milied.  Dwar dan, tkellimna f’aktar dettall ma’ Kirsten Portelli, Uffiċjal mill-MaltaPost.  Aqra aktar

Timbru kommemorattiv biex tiċċelebra l-ewwel Nunzju Għawdxi

Fl-okkażżjoni tal-ordinazzjoni Episkopali tal-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Alfred Xuereb, il-Maltapost ħarget timbru kommemorattiv mill-fergħha tagħha fir-Rabat Għawdex.

Is-Soċjetà filatelika t’Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Bażilika ta’ San Ġorġ ħarġet edizzjoni limitata ta’ 150 kartolina b’dan it-timbru biex tfakkar din l-okkażżjoni fejn Monsinjur Xuereb se jservi bħala Nunzju tal-Korea T’isfel u l-Mongolja.

B’hekk, Xuereb ser ikun l-ewwel Nunzju Għawdxi.

Send this to a friend