Malta – Page 83 – One News

Notifiki

Kuntenta li semmejniha!

Fl-aħbarijiet issib minn kollox. Min jiddejjaq għax iġġibu, min jiddejjaq għax ma ġġibux, u min minkejja li diġa’ jidher ħafna, ijeħu gost jerġa’ jidher.

Dan hu l-każ tal-mudella glamour u playboy girl April Summers, li semmietna fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Aktar kmieni rrapportajna li Summers, li isimha propja huwa Nadia Foster, tinsab hawn Malta. 

Aqra aktar

Żieda sinifikanti fiż-żwieġ ċivili

Fl-2015 ġiet irreġistrata żieda ta’ 131 żwieġ fuq is-sena ta’ qabel, biż-żwieġ ċivili jammonta għal 49.3%, żieda ta’ 6.7% fuq is-sena ta’ qabel.

B’hekk, kważi nofs iż-żwiġijiet f’pajjiżna fl-2015 kienu żwiġijiet ċivili.

Jinnota dan l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li juri kif minn 3,002 żwiġijiet, 1,481 kienu żwiġijiet ċivili.Aqra aktar

Malta bir-raba’ l-ogħla żieda fil-popolazzjoni fl-Ewropa

F’pajjiżna kellna r-raba’ l-ogħla żieda fil-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Dan wara l-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Ġermanja. Hawn Malta l-popolazzjoni żdiedet bi 11.7%  għal kull elf persuna.

L-ogħla żieda fl-Ewropa kienet ta’ 23 persuna. Il-popolazzjoni fl-Ewropa żdiedet fi 17-il stat membru u naqset fi 11. B’kollox fl-2015, in-nies fl-Ewropa żdiedu b’madwar żewġ miljun ruh. Twiedlu madwar 5.1 miljun tarbija u mietu aktar minn 5.2 persuna. Għall-ewwel darba, l-Ewropa rat popolazzjoni fejn aktar kien hemm imwiet milli twelid.

L-ikbar tnaqqis kien reġistrat fil-Litwanja, Latvia, Kroazja, Bulgarija, Greċja u Rumanija.

 

 

VOX POP: Neuer jew Buffon?

Min se jkun rebbieħ Neuer jew Buffon?

Dik hija l-mistoqsija fuq fomm diversi persuni f’pajjiżna.

Ir-rivalità bejn il-Ġermanja u l-Italja tmur lura diversi snin . Huma żewġ ġganti tal-futbol bil-Ġermanja pajjiż li rebaħ iktar unuri internazzjonali, iżda qatt ma kien kapaċi jegħleb lit-Taljani f’logħba kompettitiva.Aqra aktar

Malta f’ilsien il-Financial Times

L-għażla tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed tqanqal ħafna analiżi fuq mezzi tax-xandir minn madwar id-dinja.

Il-Financial Times issemmi lil Malta meta tgħid li minkejja t-twissijiet tal-aġenzija ta’ credit rating Fitch, id-deċiżjoni tar-Renju Unit mhux se jkollha effett immedjat fuq ir-ratings ta’ pajjiżi oħra Ewropej.

Aqra aktar

Il-bidla minn għajn Malti Awstraljan

“Inħossni turist f’pajjiżi”. Hekk iddeskriva lilu nnifsu u l-btala ta’ tliet ġimgħat tiegħu f’Malta, Anthony Spiteri. Malti mwieled Ħal Kirkop li ilu jgħix l-Awstralja għal dawn l-aħħar tnax –il sena.

Iltqajna miegħu fid-dar tal-ġenituri tiegħu, meta qalilna kemm jinsab mistagħġeb bil-bidlet pożittivi li ra f’pajjiżna.

L-aktar li impressjonawh, kienu l-Birgu u l-Belt Valletta.Aqra aktar

Send this to a friend