Malta – Page 78 – One News

Notifiki

Malta u l-Qatar bl-istess ambizzjoni

Malta u l-Qatar għandhom l-istess ambizzjoni lejn it-tkabbir ekonomiku.
Staqrret dan il-Kamra Maltij għall-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, metaq laqgħat delegazzjoni mmexxijja mill-Eċċellenza Tiegħu Sheikh Faisal Bin Qassim Al Thani, chairman ta’ Al Faisal Holing u l-Qatari Businessmen Association.
Il-President tal-Kamra, Anton Borg, qal li għalkemm iż-żewġ pajjiżi huma żgħar fid-daqs, it-tnejn li huma għandhom ambizzjoni kbira lejn it-tkabbir ekonomiku.
Malta qed timmira li ssir hub ekonomiku fil-Mediterran, filwaqt li l-Qatar tħares lejha nfisha bħala pont bejn l-Asja u l-Ewropa.

Aqra aktar

Il-Birgu Fest fi tmiem il-ġimgħa

Il-Birgu Fest ta’ din is-sena se tibda fi tmiem il-ġimgħa, bejn is-6 u 8 ta’ Ottubru. Matul dan l-avveniment il-Birgu jinbidel f’belt romantika permezz ta’ xemgħat li jitpoġġew fit-toroq.
Aqra aktar

Identifikat sit b’potenzjal kbir bħala ċentru ta’ loġistika internazzjonali

Tnediet sejħa internazzjonali biex ikun attirati operaturi (internazzjonali jew lokali) biex iressqu l-proposti tagħhom għal konċessjoni tad-disinn, il-bini, il-finanzjament, l-operat u l-manteniment taċ-ċentru ta’ loġistika internazzjonali f’Ħal-Far.

Il-vizjoni tal-Gvern hija dik li din l-art f’Ħal-Far, b’daqs ta’ 45,000 metru kwadru tiġi żvillupata f’Hub strateġiku f’Malta għal kummerċ internazzjonali.

Il-Ministru Chris Cardona qal li s-sit identifikat huwa dak li prezentament jintuża bħala Customs Groupage Complex u l-ħsieb huwa li dan il-proġett jinkorpora fiħ l-operat ezistenti. Dan is-sit jinsab f’nofs triq bejn il-Port Ħieles u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kif ukoll viċin zona industrijali ewlenija. Studji li saru qabel tfasslet din is-sejħa internazzjonali, kkonfermaw li dan is-sit għandu potenzjal kbir bħala ċentru ta’ loġistika. Is-sit għandu jkun żviluppat, klassifikat u wżat bħala Custom Free Zone jew bħala Custom Warehouse.

Aqra aktar

L-ewwel summit marittimu Malti l-ġimgħa d-dieħla

Kollox jinsab lest biex il-ġimgħa d-dieħla pajjiżna jospita l-ewwel Summit Marittimu Malti li se jsir bejn it-Tnejn it-3 u l-Ħamis is-6 ta’ Ottubru li ġej.

Dan l-avveniment, li se jsir fuq skala internazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 300 delegat, fosthom ministri barranin, għandu l-iskop li jkompli jikkonsolida r-rieda ta’ dan il-Gvern li jistabilixxi lil pajjiżna bħala ċentru ta’ eċċellenza marittima fil-Mediterran.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li d-deċiżjoni biex avveniment daqstant importanti jsir hawn Malta tkompli timla lill-Gvern Malti b’kuraġġ biex jaħdem iżjed ħalli jassigura li Malta Marittima tkompli tibbenefika mill-pożizzjoni tagħha f’dan is-settur internazzjonali, kemm f’dak li huwa dħul barrani dirett kif ukoll il-valur miżjud fuq l-ekonomija.

Aqra aktar

Il-mina bejn iż-żewġ gżejjer: botta u risposta

B’risposta għall-istqarrija tal-Front Ħarsien ODŻ iktar kmieni llum, Transport Malta ikkjarifikat dan t-tender pubbliku huwa pass importanti ieħor biex ikollna l-informazzjoni neċessarja biex isir id-disinn konċettwali tal-mina bejn Malta u Għawdex.  Huwa pass li jrid jittieħed biex il-proġett jista’ jkompli.
Il-Front qal li l-offerta għall-istudju ġeoloġiku li inħareġ minn Transport Malta tqajjem mistoqsijiet importanti. Qal li jittama li l-istudju huwa verament intiż għall-evalwazzjoni xjentifika ta’ rotta sikura.

Aqra aktar

Malta fost l-aqwa minn 188 pajjiż fil-qasam tas-saħħa

Statistika ibbażata fuq il-kwalitá tas-servizzi tas-saħħa, poġġiet lil Malta fl-erbatax-il post minn 188 pajjiż, bħala wieħed fost l-aqwa pajjiżi fejn tidħol is-saħħa u l-miri marbuta mal-iżvilupp sostennibli. Dan huwa riżultat ta’ titjieb fis-servizzi tas-saħħa kif ukoll ta’ aktar investiment f’dan is-settur.
Aqra aktar

Malta l-ewwel fil-lista ta’ Lonely Planet

Pajjiżna klassifika l-ewwel fil-lista esklussiva ta’ ‘Travel Secrets’ fir-rivista ‘Lonely Planet 2016′. Malta rnexxielha tikklassifika l-ewwel minn din il-lista ta’ 25 pajjiż li rnexxielhom jagħmluha f’din il-lista mportanti. Din il-gżira hija deskritta bħala dik li għandha ferm aktar x’toffri mix-xemx u l-baħar.
Aqra aktar

Minn ċensura f’Malta għal ġbid f’Malta

Pajjiżna se jdawwar l-arloġġ fuq storja ta’ ħtif t’ajruplan u li dwarha inħadmu diġà tlett films iżda qatt ma raw id-dawl tax-xemx fis-swali taċ-ċinema Maltin. Forsi dak iż-żmien pajjiżna ma riedx jidħol bejn basla u qoxritha iżda issa film dwar ir-rejd li sar mill-forzi Iżraeljani fl-ajruport ta’ Entebbe mhux biss mistenni jintwera imma saħansitra se jinħadem wieħed dwaru f’Malta, insegwu fil-filmat. Aqra aktar

Send this to a friend