Malta – Page 5 – One News

Notifiki

Studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali tat-tfal


11,000  tifel u tifla minn 30 skola differenti minn madwar il-gżejjer Maltin qed jipparteċipaw fi studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali tagħhom.

Rosemarie Sacco li hija tabiba li tispeċjalizza fil-psikjatrija spjegat kif dan l-istudju tal-Assoċjazzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal u adoloxxenti huwa importanti għax se jkun qed jagħti stampa aktar ċara dwar problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal u adoloxxenti f’pajjiżna “Dan huwa studju fejn bih se nkunu nafu n-numru ta’ tfal li jbatu minn ċertu kundizzjonijiet bħall-ADHD, awtiżmu, ansjetà, depressjoni, problemi ta’ drogi, xorb, social meida u ħafna affarijiet. Huwa importanti għax minnu nistgħu niddeterminaw x’tip ta’ servizzi għandna bżonn biex ngħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ Maltin”Aqra aktar

“Kabinett b’demm ġdid u enerġija ġdida”- PM


F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Kabinett li ħatar huwa sinjal b’saħħtu li dan hu Gvern li mhux biss qed iħares lejn is-sentejn u nofs li jmiss ta’ din il-leġiżlatura, iżda ferm lil hinn minn hekk. Abela qal li “Dan huwa kabinett b’demm ġdid, b’enerġija ġdida. Bil-ħatra tal-element żagħżugħ kollu fil-grupp parlamentari. Għalhekk insostni li dan hu l-kabinett li qed iħares fuq medda ta’ ġenerazzjoni.”Aqra aktar

DIRETT: Eluf għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala Mexxej Laburista

Stennija kbira għall-ewwel diskors tal-Avukat Robert Abela li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett bħala d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista. Abela rnexxielu jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-membri tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.

Id-diskors mistenni jibda għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-padiljun ta’ f’Raħal Ġdid. Il-Mexxej Laburista elett Robert Abela se jagħlaq il-kungress tal-membri li matulu l-Partit Laburista ħatar mexxej ġdid.Aqra aktar

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Mellieħi jmut b’daqqa ta’ karozza ħdejn l-ajruport

Mellieħi ta’ 67 sena tilef ħajtu traġikament wara li ttajjar minn karozza tal-għamla Mercedes fil-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Bir Miftuħ, ftit tal-metri ‘l bogħod mill-entratura tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Qormi.

Aqra aktar

Send this to a friend