Terremot f’Malta – X’għandi nagħmel?

It-terrimot li seħħ qrib pajjiżna, propju fl-Italja, qajjem bosta mistoqsijiet mal-Maltin dwar x’għandhom jagħmlu f’każ li jseħħ terremot. Dwar dan one.com.mt tkellem mal-Emergency Fire & Rescue Unit, fejn spjegawlna x’għandu wieħed jagħmel f’każ li terremot jolqot lil pajjiżna.

Aqra aktar

“Se jimla vojt fl-istruttura finanzjarja u ekonomika tal-pajjiż”

Pajjiżna ngħata l-awtorizazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li jiftaħ bank tal-iżvilupp nazzjonali. Bank li se jagħmel l-aċċess għall-finanzi iktar faċli għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u għall-investimenti t’infrastruttura.

One News ħa r-reazzjoni tad-deputat Prim Ministru Louis Grech, li filwaqt li fakkar li din hija wegħda elettorali oħra imwettqa, stqarr li l-bank tal-iżvilupp huwa pass fundamentali għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-ħolqien tal-Malta Development Bank

Il-Kummissjoni Ewropea sabet li l-pjanijiet ta’ Malta għall-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Il-bank se jwettaq attivitajiet mhux kummerċjali sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u biex jappoġġa l-investiment fl-infrastruttura, mingħajr ma jfixkel indebitament il-kompetizzjoni.

F’Lulju 2016, Malta nnotifikat lill-Kummissjoni bil-pjanijiet biex tappoġġa l-ħolqien tal-Malta Development Bank (MDB) b’injezzjoni ta’ kapital ta’ €200 miljun u garanziji u eżenzjonijiet mit-taxxa b’valur ta’ madwar €55 miljun.

Aqra aktar

Deċiżjonijiet għal ġid tal-Poplu Malti

Illum żgur li ħafna nies raw tama ġdida hekk kif il-MEPA ħabbret skema għal dawn is-sentejn fejn kull minn kellu xi irregolarita fil-bini tiegħu, u li sa ftit ilu ma stajtx tirregolarrizahha, illum hemm proċedura li sid ta’ binja jista’ japplika, biex sa fl-aħħar dan jiġi in regola.

Aqra aktar

Suċċess kbir għal ktieb dwar Malta

Ktieb li meta taqrah isaħħrek iżjed dwar is-sbuħija tal-gżejjer Maltin qed jagħmel suċċess kbir. Il-ktieb ta’ Paddy Cummins ‘In Love With Malta (The Hidden Treasures)’ diġà jinsab mal-ewwel mitt ktieb turistiku popolari, wara li ilu biss ftit jiem li ġie ippubblikat.

L-awtur li jqatta’ ħafna mis-sena ġewwa gżiritna huwa kittieb prolifiku u kellu bosta suċċessi f’kotba passati li ħareġ. L-aħħar ktieb fuq Malta li jinsab anki għall-bejgħ fuq l-internet, jitfa’ dawl fuq postijiet sbieħ iżda forsi mhux daqstant imfittxija f’Malta, Għawdex u Kemmuna.

Aqra aktar

Fost ta’ quddiem fil-Good Country Report

 

Malta: pajjiż ċkejken iżda relevanti.

Good Country.org huwa sit li janalizza l-kontribut li kull pajjiż jagħti u b’mod globali Malta tikseb riżultat tajjeb bis-27 minn 163.

U jekk ngħidu li l-Maltin qalbhom tajba jidher li dan mhux għalxejn. Għax skont dan ir-rapport Malta tinsab fis-seba’ post  f’dik li tissejjaħ World Order.  Hawn ikun ikkalkulat il-kontribut fl-ordni globali skont il-karità, il-ħarsien tar-refuġjati, it-trattati tan-Nazzjonijiet Maqgħquda ffirmati u anke r-rata ta’ twelid.  Dan kien l-aħjar riżultat li kiseb pajjiżna, u jinsab fil-quċċata ma’ pajjiżi bħall-Awstrija, li kisbet l-ewwel post, il-Ġermanja, fit-tieni post, u d-Danimarka fit-tielet post.

Aqra aktar

€700,000,000 mill-gaming… l-MGA b’poteri ġodda

Is-settur tal-gaming ħalla seba’ mitt miljun ewro fl-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet b’ħamsa u ħamsin miljun ewro oħra jgħaddu f’taxxi lill-gvern. Dan hu settur li l-importanza tiegħu hija kbira minħabba l-fatt li jolqot direttament setturi oħra bħal dak tal-proprjetà u d-divertiment fost oħrajn. L-Awtorità Maltija għal-logħob mhijiex tistriħ fuq dak miksub u għaż-żmien li ġej qed tippjana bidliet importanti. Fosthom fil-liġi li tirregola s-settur.

Tkellimna dwar dawn l-aħħar żviluppi maċ-chairman eżekuttiv tal-Awtorità, Joseph Cuschieri.Aqra aktar

“Riflessjoni ta’ tmexxija tajba” – il-Koreani dwarna

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima sodisfazzjon waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni Koreana, ftit biss bogħod minn meta Malta jkollha l-presidenza tal-Kusill tal-Unjoni Ewropea.

Ma jistax jonqos li l-Prim Ministru jsemmi r-rata ta’ qgħad, li l-Eurostat ikkonfermat li huwa l-inqas fl-Unjoni Ewropea. Stqarr li dan ma kienx faċli, meta tikkonsidra li llum ngħixu f’ekonomija globali. Esprima sodisfazzjon li seta’ jaqsam din l-aħbar mal-Koreani, filwaqt li l-Ministru għall-affarijiet barranin Korean qal li jinsab impressjonat b’dawn ir-riżultati.

Aqra aktar

Send this to a friend