F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dr Abela qal li Malta hija pajjiż fejn fih tabilħaqq tirrenja s-saltna tad-dritt.
F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dr Abela qal li Malta hija pajjiż fejn fih tabilħaqq tirrenja s-saltna tad-dritt.
Statistika ppubblikata mill-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet CNN uriet kif Malta hija t-tmien l-aktar pajjiż fid-dinja li laqqmet kompletament il-popolazzjoni tagħha biż-żewġ dożi tal-vaċċin għall-Covid-19.Aqra aktar
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta rreveda ‘l fuq it-tkabbir fl-ekonomija Maltija għas-sentejn li ġejjin.Aqra aktar
Ir-rata għolja ta’ tilqim għall-Covid-19 f’Malta u l-ogħla waħda fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kompliet tiġbed l-attenzjoni ta’ aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet.Aqra aktar
Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’21 serqa differenti minn siti ta’ kostruzzjoni u djar li għadhom vojta.
Il-Pulizija rnexxiela tasal għar-raġel ta’ 49 sena tard il-Ħadd filgħaxija, wara investigazzjoni bejn il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u uffiċjali mid-Distrett ta’ Tas-Sliema.
Huwa ġie arrestat fir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa hekk kif il-Pulizija ċċirkondawh.
Bl-introduzzjoni ta’ miżura ġdida mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, il-pandemija mhux ser titħalla taffetwa b’mod negattiv l-ammont ta’ pensjoni li wieħed ser ikun qed jieħu.
Dan permezz ta’ mekkaniżmu ġdid fil-mod ta’ kif jingħad l-ammont li wieħed ikun ser jieħu f’pensjoni. Permezz ta’ din il-miżura, il-persuni li jinsabu fl-aħħar tliet snin ta’ xogħol qabel jirtiraw u raw tnaqqis fid-dħul tagħhom mhux ser ikollhom tnaqqis fl-ammont ta’ pensjoni li kull xahar ser ikunu intitolati għalih.
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-ġustizzja Soċjali, Mark Musù spjega kif minn din il-miżura huwa stmat li se jgawdu madwar 2,500 persuna.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli spiċċa mgiddeb mill-proġett tal-iskola f’Santa Luċija. Dan wara li f’diskors li għamel f’attività politika l-Ħadd filgħodu, huwa kkritika l-Gvern u qal li dan ma investiex fl-infrastruttura edukattiva f’pajjiżna. Dan filwaqt li qal li Gvern Nazzjonalista dejjem bena skejjel attrezzati b’kull faċilità.
“Aħna kellna idea u bdejna nwettquha, li ma kull kulleġġ skolastiku jkollok il-faċilitajiet kollha, bil-kumplessi sportivi, bil-laboratorji. Waqfu.”
Nazzjonalisti li kienu jappoġġjaw lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed ikomplu jkunu murija l-bieb ta’ barra tad-Dar Ċentrali. Fosthom l-eks membru fil-Kumitat Sezzjonali Nazzjonalista f’tas-Sliema Tony Galea li spiċċa fil-mira tal-fazzjoni Busuttil u tqaċċat ukoll mis-sala tal-għadd tal-voti.
Żvelat dan il-gazzetta ‘Kullħadd’ li spjegat kif Galea ġie sfiduċjat mir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista stess fil-Kummissjoni Elettorali. Dan bl-iskuża li qalu li huwa “wisq partiġjan.”
B’investiment ta’ madwar mitejn elf ewro l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tirrestawra l-binjiet antiki li hemm fid-daħla tal-bieb Victoria fil-Belt Valletta.
Fil-passat din il-parti tal-Belt kienet ta’ importanza kbira, hekk kif għal snin twal serviet bħala l-entratura prinċipali għall-kapitali Maltija mill-Port il-Kbir.
Min-naħa l-oħra kienet isservi wkoll bħala mutur ekonomiku b’saħħitha għall-Belt, peress li diversi bejjiegħa kienu jarmaw is-suq.
Fl-aħħar sigħat, fiequ 184 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 156 każ minn fost 2,817-il test.
Dan ifisser li 94.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 5.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 656,803 testijiet.
Send this to a friend