Malta Community Chest Fund – One News

Notifiki

Jaqtgħu ċ-ċitru mis-siġar tal-Palazz tal-President għal Festa Ċitru

Tfal tal-iskola ħerqana jiġru fil-ġonna ta’ Sant’Anton jaqtgħu l-larinġ, il-lumi u l-mandolin.

F’xemx tiżreġ l-istudenti tal-iskejjel primarji taż-Żejtun u Ħal Qormi meddew idejhom biex flimkien mal-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella jaqtgħu l-frott f’dan iż-żmien tas-sena s-siġar taċ-ċitru jibdew iħallu l-frott. Aqra aktar

L-inizjattiva ‘Nirriċikla għall-Istrina’ ta’ GreenPak tagħti €21,000 lill-MCCF

Mill-kampanja nazzjonali Nirriċikla għall-Istrina, GreenPak Coop Society Limited għamlet għotja ta’ €21,000 lill-Malta Community Chest Fund. Nirriċikla għall-Istrina tħeġġeġ lill-familji, skejjel, kunsilli lokali, kumpaniji, entitajiet u klabbs soċjali biex jiġbru tappijiet tal-flixkien tal-plastik għall-Istrina. Il-Kap Eżekuttiv tal-GreenPak Coop Society l-Inġinier Mario Schembri ppreżenta d-donazzjoni lill-President ta’ Malta l-E.T. Dr George Vella fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard. Aqra aktar

Il-fenek bil-birra fost għexieren ta’ riċetti f’Tisjir mill-Qalb’

Fenek frisk, pinta birra, daqxejn rummien, qattgħalu l-bacon u ħallih itektek ħalli jaqsam qalb dawk kollha li jxommu r-riħa ta’ aroma ħierġa minn dan il-platt Malti.

Din hija waħda minn aktar minn sebgħin riċetta fil-ktieb tisjir mill-qalb li qed jerġa’ jiġi stampat għal għan nobbli.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Tisjir mill-Qalb insibu għaxar kokijiet mustaċċuni Maltin , fejn kul kok prepara menu b’erba ikliet li huma  ħerġin mill-kċina Maltija bħalma huwa wkoll il-bebbux u r-ravjul Malti.Aqra aktar

Ixtri biċċa arti u għin lill-Malta Community Chest Fund

75 biċċa tal-arti se jkunu irkantati fl-24 ta’ Novembru fil-Palazz San Anton. Dan waqt l-irkant tal-Malta Community Chest Fund, bil-fondi miġbura jmorru kollha b’risq dawk li huma fil-bżonn.

L-irkant sar avveniment annwali, u jifforma parti mid-diversi attivitajiet li jilħqu l-qofol tagħhom l-għada tal-Milied waqt l-Istrina.Aqra aktar

MPO iddoqq għall-karità

L-orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ kunċert bil-għan li jinġabru fondi għal dawk li jbatu minn mard rari billi ddoqq kanzunetti popolari magħżula mill-Prim Ministru.

Dan il-kuncert ser jittella’ fl-24 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u jibda fit-20.00. Iċ-chairman tal-orkestra filarmonika Sigmund Mifsud spjega li l-orkestra se tingħaqad ma’ kantanti stabbiliti f’pajjiżna fosthom Glen Vella, Tiziana, kevin Borg, Ozzy Lino, Mikaela kif ukoll il-band Għawdxija The Travellers.

Ser jindaqqqu wkoll siltiet popolari Maltin. Il-flus se jmorru ghan-National Alliance for Rare Disease.

 Felix Busuttil min-naħa l-oħra spjega kif il-viżwal li ser jintuża ser jirriflettu il-ħajja tal-Prim Ministru akkumpanjata mill-muzika li sema’ tul l-istudji tiegħu, xogħolu u ħajtu.

”Huwa vjaġġ ta’ ħajja, esperjenzata mal-mużika, bħal tiegħek u tiegħi, sostna Busuttil.

Biljetti jinkisbu minn showshappening.com

“Il-kelma grazzi mhux biżżejjed biex nirringrazzja lill-poplu Malti” – President

 

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kellha biss kliem ta’ ferħ u apprezzament għas-somma li nġabret ilbieraħ fl-Istrina 2016. Hija esprimiet li l-kelma grazzi mhux biżżejjed għas-solidarjetá tal-poplu Malti. “Għal darb’oħra tajtu xhieda li meta ningħaqdu u ninsew dak li jifridna, kapaċi nagħmlu affarijiet kbar!” saħqet il-President.

Aqra aktar

Meta tuża’ tal-linja se tkun qed tgħin l-Istrina

 

Il-Malta Community Chest Fund b’kollaborazzjoni ma’ Malta Public Transport ħabbret inizzjattiva ġdida msejjħa “B’tal-linja għall-Istrina” li se ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2016.

Permezz ta’ din l-inizzjattiva, il-Kumpanija ser tkun qed tagħti donazzjoni tal-prezz sħiħ li l-passiġġiera jħallsu dakinhar għall-ewwel vjaġġ tagħhom meta jużgħu t-tallinja card tagħhom jew meta jixtru biljett mingħand ix-xufier. Dan ifisser li n-nies kollha li ser jivvjaġġaw b’tal-linja f’din il-ġurnata ser jgħinu biex jinġabru l-flus għall-karità.
Aqra aktar

Send this to a friend