Notifiki

Kunsilliera Naxxarin pożittivi dwar il-proġett tal-immaniġjar tal-iskart

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia ltaqa’ mal-Kunsilliera tan-Naxxar sabiex jispjegalhom b’mod dettaljat il-bidla ambjentali li qed tiġi proposta fiż-żona tal-Magħtab sabiex l-iskart jinbidel f’riżorsa permezz ta’ faċilità tal-ogħla kwalità. Dan se jsir fuq medda ta’ 82,000 metru kwadru minflok 279,000 metru kwadru kif kien orġinarjament il-pjan. Aqra aktar

Appell mill-Awtoritajiet tas-Saħħa: Ibqgħu ġewwa jekk tgħixu viċin tal-Magħtab

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qed tappella biex persuni li jbatu minn mard tal-qalb jew tal-pulmun, u persuni li jbatu bl-ażma, huma f’riskju ikbar li jkunu affettwati min-nirien li dalgħodu ħakmu l-impjant tal-Wasteserve tal-Magħtab. Persuni li jgħixu fil-viċinanzi, partikolarment fil-Għargħur, in-Naxxar, u San Ġwann, huma mħeġġa jibqgħu ġewwa tul il-jum bit-twieqi u l-bibien tad-dar magħluqin.

Jekk xi persuna tinnota sintomi mhux tas-soltu, għandha ssejjaħ tabib minnfih.Aqra aktar

Send this to a friend