Notifiki

Il-PN jilmenta fuq l-istedina ta’ Lydia Abela f’Serataron

Programm ta’ divertiment il-Ġimgħa filgħaxija fuq ix-xandir nazzjonali spiċċa jkun suġġett ta’ ilment mill-Partit Nazzjonalista għaliex fih kien hemm mistiedna mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela.

Il-Partit Nazzjonalista organizza konferenza tal-aħbarijiet barra l-bini tax-xandir nazzjonali fi Gwardamangia u li kienet indirizzata mid-Deputat Nazzjonalista David Thake.Aqra aktar

Mart il-Prim Ministru tirriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19

Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela rriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19 wara test li għamlet minħabba impenji li l-familja Abela kellha fil-jiem li ġejjin.

Dr Abela tinsab tajba u ma kellha u m’għandha l-ebda sintomi.

It-testijiet tal-Prim Ministru u tat-tifla, Giorgia Mae, irriżultaw fin-negattiv.

Il-Prim Ministru Robert Abela beda josserva perjodu ta’ kwarantina iżda bis-saħħa tat-teknoloġija, il-Prim Ministru se jkompli għaddej b’ħidmietu, inkluż b’laqgħat importanti li għandu fil-jiem li ġejjin.

Fl-għaxra ta’ dalgħodu jixxandar il-messaġġ tal-Prim Ministru f’Jum il-Ħelsien

Fl-għaxra ta’ dalgħodu se jixxandar il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien.

Il-messaġġ tal-Prim Ministru se jixxandar online fuq il-paġna ta’ facebook tal-Prim Ministru u tal-Partit Laburista.

Dr Abela mistenni jkompli jwassal messaġġ pożittiv u sod fi żmien li pajjiżna għaddej u jinsab jikkontrolla pandemija li laqtet lid-dinja kollha iżda mhux biss.

Mistenni jagħti wkoll viżjoni biex pajjiżna jibqa’ jaħdem fuq il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza.

Ilbieraħ il-Prim Ministru flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela u żewġ atleti ta’ Special Olympics Malta telgħu fuq l-għolja tal-Ħelsien u sellmu lil dan il-monument li jfakkar il-kisba storika li kien ġab il-Perit Dom Mintoff 42 sena ilu.

Il-Prim Ministru xegħel l-urna fuq il-monument tal-Ħelsien permezz tat-Torċa.

 

 

Send this to a friend