lura – One News

Notifiki

Tinsiex iddawwar l-arloġġ lura l-Ħadd li ġej!

Il-ħin tas-sajf f’Malta din is-sena se jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu, ħin tas-sajf lokali, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri tat-28 ta’ Ottubru 2018.

Dan ifisser li fi tmiem il-Ġimgħa li ġejja se norqdu siegħa żejda, hekk kif l-arloġġ irid jiċċaqlaq siegħa lura, u t-3 ta’ filgħodu, jiġu s-2 ta’ filgħodu.

Simon Busuttil : garanzija li jreġġa’ l-arloġġ lura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Michael Farrugia qal li Simon Busuttil huwa l-ikbar theddida għall-Enemalta u huwa garantit li taħt tmexxija tiegħu, l-arloġġ jitreġġa’ lura.
Id-deputat Laburista Charles Mangion qal li l-Enemalta hija storja ta’ suċċess ta’ dan il-Gvern. Minn dejn ta’ €800 miljun u morsa finanzjarja għall-Gvern, ir-rapport ta’ Standard and Poor’s jikkonferma li l-Enemalta miexja ‘l quddiem u qed toffri serħan il-moħħ lill-ħaddiema.
Standard & Poor’s innotaw il-qalba għall-gass, l-użu ta’ energija alternattiva u l-investiment ta’ Shanghai Electric bħala fatturi li taw spinta għar-ristrutturar tal-Enemalta. Dan filwaqt li l-familji u negozji Maltin gawdew minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl.

Aqra aktar

Send this to a friend