Lulju – One News

Notifiki

Madwar 3,000 turist mistenni jasal Malta fl-ewwel ta’ Lulju

Aktar minn elf u ħames mitt turist huma kkonfermati li ġejjin għal btala f’Malta fl-ewwel jum li pajjiżna se jkun qed jerġa’ jiftaħ l-ajruport internazzjonali.

Żvela dan ma’ dan l-istazzjon il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Johann Buttigieg, fejn spjega li dan in-numru ta’ turisti li  ġejjin pajjiżna minn madwar ħmistax-il post fl-ewwel ta’ Lulju, mistenni jitla’ għal madwar 3,000. Aqra aktar

Dawk il-ġenituri li jridu jibqgħu m’uliedhom sa Skolasajf jistgħu jibqgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-Covid-19

Fl-ewwel jum ta’ Lulju se tiftaħ il-bibien tagħha Skolasajf, kważi ħmistax qabel is-soltu.

Biex il-ġenituri kollha jingħataw l-opportunità japplikaw għal uliedhom, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi se tiftaħ l-applikazzjonijiet bejn il-Ħamis 4 ta’ Ġunju u t-Tlieta 9 ta’ Ġunju.

Bħalma qed jiġri f’kull entità oħra li reġgħet fetħet il-bibien tagħha fl-aħħar jiem, fi Skolasajf ukoll se jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji marbuta ma’ distanza soċjali u iġjene. Aqra aktar

Baħar aktar sħun mis-soltu matul Lulju li għadda

Is-sajf Malti huwa sħun minnu nnifsu għalkemm it-temperaturi dejjem qed jisħnu aktar maż-żmien. It-temperatura tal-arja ta’ Lulju telgħet minn minimu ta’ 20.2˚C fil-bidu tax-xahar għal massimu ta’ 35.7˚C. Filwaqt li ħafna erħewlha lejn xi bajja biex jaħarbu ftit is-sħana, il-baħar ukoll kien aktar sħun mis-soltu, b’temperatura medja li kienet 0.9˚C ogħla min-norma klimatika ta’ 24.7˚C.

Aqra aktar

Lulju mdawwal iktar mis-soltu

  • 8 siegħa ta’ xemx jagħmlu lil Lulju aktar imdawwal mis-soltu
  • Temperatura medja tal-baħar ogħla b’0.2°C min-norma
  • 4mm ta’ xita mkejla; id-doppju tal-ammont normalment mistenni f’Lulju

Aqra aktar

Send this to a friend