lukandi – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żieda ta’ 8% fin-numru ta’ nies li qagħdu f’lukandi

In-numru ta’ turisti li qagħdu f’lukandi fl-aħħar tliet xhur tas-sena oħra żdied bi tmienja fil-mija meta mqabbel mar-raba’ kwart tal-elfejn u tmintax.

Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill–uffiċċju nazzjonali tal-istatistika meta spjega li bejn Ottubru u Diċembru li għadda, in-numru ta’ persuni li qagħdu f’lukandi laħħaq kważi l-erba’ mija u sitta u tmenin elf ruħ.

Meta mqabbel fuq medda ta’ sena sħiħa, fl-elfejn u dsatax l-ammont ta’ turisti li qagħdu f’lukandi qabeż iż-żewġ miljun ruħ li fisser żieda ta’ tnejn fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

In-numru ta’ ljieli li qattgħu l-persuni f’lukandi bejn Ottubru u Diċembru li għadda laħħaq iż-żewġ miljun u mitejn elf, li jfisser tnejn fil-mija iktar minn Ottubru Diċembru ta’ sentejn ilu.

L-NSO qal li l-aktar iljieli li tqattgħu min-nies kienu f’lukanda ta’ erba’ stilel.

Fil-fatt kważi nofs in-numru ta’ persuni li qagħdu f’lukandi fl-aħħar tliet xhur tas-sena kienu f’lukanda ta’ erba’ stilel.

Fir-raba’ kwart tas-sena l-oħra qagħdu f’lukandi f’Għawdex ftit aktar minn wieħed u għoxrin elf persuna li jfisser żieda ta’ kważi ħamsa fil-mija.

In-numru medju ta’ iljieli li tqattgħu f’lukandi f’Għawdex kien ta’ tliet iljieli filwaqt li f’Malta dan ta’ erbgħa punt sitta.

Madwar il-pajjiż, l-NSO rraporta li fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra kien hawn mitejn u ħdax-il lukanda tilqa’ lin-nies, bi kważi tmintax-il elf u ħames mitt kamra tas-sodda u ftit aktar minn tnejn u erbgħin elf sodda.

Lukandi mballati jirrifjutaw il-Maltin

Lukandi ewlenin f’pajjiżna qed jagħzlu li jillimitaw il-faċilitajiet tagħhom għall-użu tar-residenti biss.

Dan minħabba li f’dawn il-jiem għandhom numru kbir ta’ residenti, partikolarment turisti.

Biex dawk li riedu jgħaddu l-jum tal-għada ta’ Santa Marija f’xi waħda mill-pixxini ta’ dawn il-lukandi ma sabuhiex faċli.

Meta ONE NEWS nnota kummenti dwar dan fuq il-midja soċjali kkonfermajna b’eżerċizzju faċli ta’ telefonati.

Ċempilna f’numru ta’ lukandi, partikolarment dawk ta’ ħames stilel, u l-messaġġ kien wieħed.

Din id-darba biex tgawdi d-deckchair trid tkun ibbukjajt kamra.

Aqra aktar

Mejju: Jiżdiedu t-turisti u n-numru ta’ ljieli fil-lukandi

Mejju reġà kien xahar pożittiv għal-lukandiera dan għaliex skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-turisti li qagħdu fil-lukandi żdiedu filwaqt li żdiedu ukoll in-numru ta’ ljieli li qagħdu fil-lukandi.

Skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika 166,842 turist raqdu fl-istabbilimenti kollettivi. Bejniethom qattgħu madwar 848,039 lejl.

Aqra aktar

Lukandi ta’ erba’ stilel l-aktar imfittxija

F’Marzu li għadda, l-ammont ta’ persuni f’akkomodazzjonjiet bħal-lukandi żdied b’13.7%. L-ammont ta’ ljieli mqatta’ f’dawn l-akkomodazzjonijiet żdied bi 3%. Dan meta tqabbel mal-istess xahar fl-2016.

L-ikbar żidiet fl-ammont ta’ ljieli fl-akkomodazzjonijiet seħħew f’lukandi ta’ ħames u tliet stilel. L-ikbar ammont ta’ ljieli mqatta’ kien f’lukandi ta’ erba’ stilel.

 

Il-lukandi kollha jaraw titjib speċjalment dawk ta’ tliet stilel

Hekk kif il-lukandi kollha tul l-aħħar kwart tas-sena 2016 raw titjib, kienu l-lukandi ta’ tliet stilel li raw l-akbar titjib. Dan hekk kif stħarriġ ippreżentat mill-Assoċjazzjoni għall-Lukandieri u r-Ristoranti bl-isem ta’ Tourism Performance Survey wera żieda ta’ 39% f’turisti li qattgħu lejl f’xi tip ta’ akkomodazzjoni fl-istess perjodu ta’ żmien.

Aqra aktar

Send this to a friend