lukanda – One News

Notifiki

Pjan biex is-sit tal-Jerma finalment jiġi riġenerat

L-awtorità tal-ippjanar ħejjiet dokument għal żvilupp għas-sit li ilu fi stat t’abbandun, f’dik li kienet il-lukanda Jerma, f’Wied il-Għajn. Aqra aktar

Żewġt irġiel jinstabu mejta f’lukanda f’Manchester

Żewġt irġiel instabu mejta f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Manchester, l-Ingilterra. Wieħed mill-vittmi, li għandu ftit iktar minn 20 sena, jidher li waqa’ milll-għoli fl-lukanda f’Portland Street, u miet fuq il-post.

Iktar tard, il-Pulizija sabet il-katavru tat-tieni raġel f’kamra fil-lukanda Brittania.

It-toroq fil-viċinanzi tal-lukanda bħalissa jinsabu magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija tinvestiga dan il-każ.

 

Lukanda abbandunata tieħu n-nar fil-Qawra

Lukanda abbandunata fi Triq it-Tamal fil-Qawra ħadet in-nar ftit tal-ħin ilu. Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li ma kienx hemm bżonn intervent mediku fuq il-post hekk kif ma kienx hemm nies fl-inħawi.

Tal-wirt kulturali kontra ukoll

  • IKTAR OĠĠEZZJONIJIET GĦAL-LUKANDA FUQ L-IRDUM TA’ ĦAD-DINGLI

Is-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku oġġezzjonat ukoll għall-proposta ta’ lukanda fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Dan meta kienet qed tirreaġixxi mal-Awtorità għall-Ippjanar għall-applikazzjoni ta’ outline permit preżentata għat-twaqqigħ u żvilupp mill-ġdid tal-eks fabbrika tal-isplussiv f’Ħad-Dingli, iktar magħrufa bħala l-fabbrika tal-Ġelatina fiż-żona tal-Qaws. Il-ħsieb hu li din il-fabbrika tinbidel f’resort u spa.

“Se tkun opportunità mitlufa, jekk il-pajsaġġ kulturali taż-żona ma jiġix riabilitat sabiex ikompli jżid il-valur ambjentali tal-irdumijiet. Għalkemm Malta għadha ma rratifikatx il-Konvenzjoni Kulturali Ewropea, jekk dan l-iżvilupp jitħalla jsir, se nkunu qed nimminaw l-isforzi biex nipproteġu u nippromwovu l-pajsaġġ kulturali ta’ pajjiżna,” qalet is-sovrintendenza.

Aqra aktar

Send this to a friend