Louis Grech – One News

Notifiki

“Il-poplu jtik fiduċja meta twieġeb għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħu” – LOUIS GRECH

Dan il-baħar ta’ nies huwa xhieda ta’ fejn iħabbat il-polz tal-Maltin. Hekk beda d-diskors tiegħu d-Deputat Prim Ministru Louis Grech.

Baqa’ l-aħħar sforz, qal Grech. Ejja ma nitilfux dak li lkoll ħdimna għalih.

Nhar is-Sibt li ġej l-istess folla se tagħti mandat ieħor lil Joseph Muscat. F’dawn l-erba’ snin, l-avversarji tagħna pprovaw inisslu dubju. Kellhom kampanja twila ta’ erba’ snin ibeżżgħu fuq bailout u bozoz. Kellhom strateġija li toħloq tensjoni żejda fil-pajjiż.

Iżda wara kull maltempata, il-Partit Laburista dejjem ħareġ aktar b’saħħtu, aktar determinat, u b’aktar kuraġġ. U b’hekk il-Partit Laburista se jaffaċja lill-poplu nhar is-Sibt.

Aqra aktar

Bejn nimxu ‘l quddiem jew immorru lura

Ninsabu fi stadju importanti fl-istorja ta’ pajjiżna li fih jew nissoktaw fit-triq ta’ suċċess li qbadna jew  inreġġgħu l-arloġġ lura.

Dan wissieh id-Deputat Prim Ministru Louis Grech waqt intervista fuq One Radio ftit jiem wara li ħabbar li minħabba raġunijiet personali mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.

Grech fisser li Gvern Laburista mhux biss kien ta’ suċċess fl-oqsma prinċipali fl-aħħar erba’ snin imma ħa ħsieb il-minoranzi, biex b’hekk kull parti tas-soċjeta imxiet ‘il quddiem.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru u Louis Grech fl-Iklin

Louis Grech mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, jgħid li “l-PL l-unika għażla”

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech mhux se jerġa joħroġ għall-elezzjoni ġenerali.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal li għamel l-għażliet personali li għażel li kellu jagħmel fil-fażi tal-ħajja li jinsab fiha.

Louis Grech se jibqa’ fil-kariga sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura. Se jibqa’ jservi ta’ konsulent u jattendi l-laqgħat tal-Kabinett tal-Ministri, jekk il-PL jerġa’ jitla’ fil-Gvern.

“Tkun taf meta jkun żmien li trid tagħlaq kapitlu fl-istorja ta’ ħajtek” qal Grech, filwaqt li qal li dan il-kapitlu kien mill-isbaħ.

Illejla fl-Iklin Grech qal li qatt fl-istorja tal-pajjiż ma kien hemm Gvern li wettaq daqshekk proposti u miżuri daqs dan il-Gvern Laburista, u ssottometta lilu nnifsu għal skrutinju biex jiżgura li dak li wiegħed wettqu. “M’hemm ebda gomma li se tħassar dak li wettaqna f’dawn l-erba’ snin” qal Grech. Żgura lil dawk preżenti li se jkun preżenti fil-kampanja. Qal li huwa Gvern Laburista li Malta għandha bżonn u li se jkompli jiggarantixxi l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

Tkellem dwar il-prinċipji tal-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, l-opportunitajiet għal kulħadd u qal li dawn huma dawk il-prinċipji li ħaddan Partit Laburista, u dawn jagħluh kredibbli. Aqra aktar

“Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla” – Louis Grech

“Dan il-Gvern jibqa’ relevanti u kredibbli meta bħal dan il-Gvern iwettaq dak li jkun wiegħed. Aħna nħarsu lejn il-futur u naraw li nsaħħu l-ġlieda kontra l-inugwaljanza, kontra l-burokrazija żejda u li nirrevedu l-paga minima Nazzjonali. Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla.”

Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru u Deputat Prim Ministru Louis Grech fl-għeluq it-tieni sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali 2017.

Id-Deputat Prim Ministru stqarr li dan il-Gvern irid ikun iġġudikat fuq id-differenza li ġab fil-ħajja tan-nies u d-dinamiżmu fil-pajjiż. Irridu nibnu soċjetà ta aktar kompassjoni u inqas preġudizzji.

Louis Grech tenna li dakinhar tal-elezzjoni in-nies għandhom jistaqsu lilhom infushom jekk l-ekonomija llum hux aktar b’saħħitha minn erba’ snin ilu, jekk hawnx inqas qgħad, jekk il-poplu hux qed iħallas inqas taxxi u jekk wettaqniex il-wegħdi li wegħdna, konvint lir-risposta se tkun iva, spjega Louis Grech.

Aqra aktar

“L-akbar risposta hija fl-għaqda”

“Bħalissa l-Oppożizzjoni qed tipprova tintimida lill-Gvern aktar minn qatt qabel u qed tipprova tnissel biża’ u firda iżda l-partit għandu memorja storika qawwija li dejjem ħareġ aktar b’saħħtu u magħqud wara attakki ta’ din ix xorta. L-akbar risposta lill-avversarji hija fl għaqda,” qal dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Grech appella biex nistennew l-eżitu tal-investugazzjoni b’kalma u mingħajr paniku.

Aqra aktar

Il-Bank tal-Iżvilupp: għaliex daqshekk importanti?

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu mat-twaqqif tal-Bank Malti tal-izvilupp. Wegħda elettorali ta’ dan il-gvern, sabiex il-bank jgħin proġetti li jistgħu jkunu kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjizna.

It-tmexxija tal-bank tal-izvilupp se tkun awtonoma u indipendenti mill-Gvern. Filfatt il-Gvern se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni sabiex tintgħazel it-tmexxija tal-Bank.

Imma dan il-bank, għaliex huwa daqshekk importanti? X’differenza se jagħmel għall-pajjiż u kif inhu differenti minn  banek oħra? Tkellimna mad-Deputat Prim Ministru, Louis Grech.

Aqra aktar

It-tmexxija tal-Bank ta’ Żvilupp se tinħatar b’konsultazzjoni

Ic-chairman tal-Bord tal-Bank Malti ta’ Żvilupp u tal-bord ta’ supervizjoni tiegħu se jinħatru wara konsultazzjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Louis Grech meta għalaq id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf dan il-bank. Huwa qal li l-gvern ħass li għandu jagħmel din il-proposta minkejja li mhix l-użanza, anzi kważi qatt ma kienet prassi speċjalment fil-każ ta’ bordijiet ta’ entitajiet kummerċjali.Aqra aktar

It-tama u l-aspirazzjoni ta’ 500 miljun persuna

L-Unjoni Ewropea mhix sempliċiment Brussel, Strasburgu, jew l-istituzzjonijiet il-kbar, iżda l-ewwel u qabel kollox hija l-ħolm, l-aspirazzjonijiet, it-tamiet, u l-biża’ ta’ ħames mitt miljun ċittadin. U issa tinsab f’kapitlu deċiżiv dwar l-aħjar triq ‘il quddiem għaliha.

Dan kien is-sentiment li bih id-Deputat Prim Ministru Louis Grech tkellem waqt dibattitu parlamentari fi Strasburgu. Preżenti għal dan kien hemm ukoll il- Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-president tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni.

Id-Deputat Prim Ministru qal li id-diskussjonijiet li qed timbotta l-Presidenza Maltija ma jistgħux ikunu mxekkla minn sfidi bħal Brexit, minkejja li din tal-aħħar hija kwistjoni kruċjali li l-Ewropa qed taffaċċja.

Fakkar kif it-tema ReUnion għandha tibqa’ il-prijorita. Tema kruċjali għad-diskussjonijiet li mistennija jkomplu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddeja minn bidla storika.

Aqra aktar

Send this to a friend