Louis Gatt – One News

Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet

Illum l-elettorat jibda jagħmel l-għażla tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dan hekk kif ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju, se ssir l-elezzjoni bikrija għal dawk li se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar nhar l-elezzjoni.

Aqra aktar

Minn għada sa nhar il-Ħadd li ġej, id-dokumenti tal-voti se jibdew jitqassmu mill-għases

Minn għada, it-Tlieta sa nhar il-Ħadd li ġej, id-dokumenti tal-voti se jibdew jitqassmu mill-għases rispettivi, hekk kif spiċċa t-tqassim tad-dokumenti tal-voti ġewwa r-residenzi. Stqarr dan il-Kap tal-uffiċju elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt, waqt intervent fuq OneNewsBreakfast.

Stqarr li għad fadal 37,400 dokument x’jinġabru, dan iffiser li 11% tal-elettorat eliġibbli għadu mghadhom ma gabrux d-dokument tal-vot. Louis Gatt spjega wkoll kif dawk l-anzjani li jinsabu f’xi dar residenzjali li fiha jgħixu iktar minn 50 persuna, se jkunu qed jivvutaw fis-sebgħa u għoxrin ta’ Mejju fid-djar tal-anzjani stess.

Aqra aktar

Informazzjoni importanti dwar il-votazzjoni

Aktar minn 60% tad-dokumenti tal-vot diġà tqassmu lill-elettorat Malti u Għawdxi bl-aktar lokalita’ f’ Malta li fiha tqassmu voti tkun Bormla filwaqt li f’ Għawdex hija l-Għasri. Għalkemm b’ kollox fadal madwar mija u tlieta u tletin elf vot x’ jitqassmu.

Il-Proċess tat-tqassim tal-voti mixi b’ rittmu tajjeb anke meta mqabbel ma’ elezzjonijiet preċedenti kif qal il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt.

Aqra aktar

TIBDA L-ĦIDMA ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONI

Il-Kummissjoni Elettorali bdiet il-proċess tagħha li għandu jwassal għall-elezzjoni ġenerali tat-tlieta ta’ Ġunju. Dan wara li t-Tnejn filgħaixja l-President ta’ Malta xoljiet il-Parlament u eventwalment stabbilixiet id-data tal-elezzjoni kif spjegalna l-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt.

Louis Gatt qal li “il-Kummissjoni elettorali sa ħamest ijiem mill-bieraħ tkun qed tippublika reġistru elettorali ġdid sabiex fih tinkludi kull tip ta’ tibdil li jkunu saru tal-bieraħ.  Eżempju minnhom hu tibdil fl-indirizzi, imwiet u kif ukoll tinkludi dawk il-persuni li jkunu għalqu it-18-il sena sa lejlet l-elezzjoni.”

Wara dan il-proċess imbagħad jibdew jiġu stampati d-dokumenti tal-vot li din id-darba se jkunu xi ftit differenti.

Aqra aktar

Send this to a friend