lotterija – One News

Notifiki

Hospice Malta tniedi lotterija bil-premju grandjuż

Hospice Malta nediet il-lotterija annwali tagħha biex tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid għall-pazjenti tagħha. Fuljett b’informazzjoni dwar il-lotterija, flimkien ma’ pakkett ta’ 25 biljett, qegħdin jitqassmu f’kull dar f’Malta u Għawdex. Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jgħin sabiex jinġabru fondi billi jibgħat il-biljetti tal-lotterija lil Hospice Malta qabel it-8 ta’ Mejju, meta ser jittellgħu r-rebbieħa. Aqra aktar

Rebħu l-flus u ma jafux! Jista’ jkun biljett minnhom tiegħek?

Maltco Lotteries ħabbru li numru ta’ premijiet, fosthom li ntrebħu fi Frar li għadda, għadhom ma ġewx miġbura. Maltco ħeġġet lil min għandu biljetti rebbieħa biex imur bil-biljett oriġinali malajr kemm jista’ jkun.

L-aktar urġenti huma żewġ biljett tas-Super 5 li telgħu nhar it-22 ta’ Frar u li ħadd ma mar għalihom…dawn għandhom valur ta’ €6418.52.

Jekk wieħed minn dawn il-biljetti tiegħek, għandek żmien sal-24 ta’ April biex tiġbor il-flus. Il-biljetti nxtraw mill-Msida u l-Mqabba.

Hemm ukoll biljett tal-Quick Keni li nxtara mill-Msida, u li minkejja li ntrebaħ, ħadd ma mar għall-flus.

Flus li ma nġabrux imorru għall-Fond tal-Kawżi Ġusti.

Miljunarju ġdid – Sab il-biljett sena wara li rebaħ

Jekk irbaħt xi lotterija u l-biljett rebbieħ ma tistax issibu, din l-istorja se ttik ftit tama u kuraġġ. Hekk kif Awstraljan anzjan sar miljunarju wara li sab il-biljett rebbieħ tiegħu sena wara li n-numri tiegħu kienu dawk rebbieħa. Huwa sab il-biljett tiegħu waqt li kien qed inaddaf il-karozza tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend