Ix-Xogħol fuq il-Bypass tal-Mellieħa wasal fl-aħħar

Ix-Xogħol fuq il-Bypass il-ġdid tal-Mellieħa wasal fl-aħħar, u skont kif pjanat mill-Gvern, se jkun lest fi żmien xahrejn.

 

Dan qalu il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq Facebook, fejn spjega li  l-pedamenti ġodda tat-triq, central strip ġdida, u l-ewwel saffi ta’ asfalt tlestew.

Fl-aħħar jiem sar ukoll xogħol ta’ tiswijiet u kisi mill-ġdid ta’ partijiet sostanzjali mir-rotta bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa. Fost oħrajn, inbena mill-ġdid parti mill-pont tal-Mistra u ingħata wiċċ ħdid lit-Telgħa ta’ Selmun.

Il-Ministru Borg ikkonferma wkoll li llum se jkun qed jitqiegħed l-aħħar saff ta’ asfalt tat-triq u tas-cycle lane.

 

 

 

 

Allegazzjonijiet skorretti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li allegazzjonijiet li siġar fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid inqerdu, huma skorretti.

Fuq Facebook, Parnis qal li s-siġar li qabel kien hemm fil-pjazza llum jinsabu mħawlin x’imkien ieħor, fosthom f’Wied Blandun u fi Ġnien il-Mediterran. Dan il-proċess sar minn diversi esperti wara li ttieħdu pariri minn diversi ambjentalisti.

Fil-Pjazza tħawlu siġar oħra li jridu ż-żmien tagħhom biex jikbru.

Bħalissa l-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiġġenera Ġnien il-Mediterran li għal xi żmien tħalla fi stat ta’ abbandun. Illum qed jiżdiedu s-siġar fih, qed isiru l-bankini u passaġġi biex dak li jkun jgħaddi minnu b’mod aktar faċli. Fl-istess ħin, il-ġnien se jkun imdawwal aħjar u qed isir ġibjun u sistema ta’ irrigation tal-ogħla livell biex is-siġar ta’ dan il-ġnien ikunu jistgħu jissaqqew b’mod professjonali.

“Kif wieħed jista’ jara tul dan il-proġett dejjem tajna prijorità lill-ambjent ta’ madwarna u fl-aħħar se jkollna ġnien ta’ 30 tomna fin-naħa t’isfel ta’ Malta li jkun jista’ jgawdih kull min iżur Raħal Ġdid”- qal Silvio Parnis.

 

 

‘Crop in a Pot’ għal ambjent iktar sostenibbli

Fil-bidu ta’ Ġunju, SOS Malta nediet l-inizjattiva Crop in a Pot, li hija proġett ta’ tmintax-il xahar parzjalment finanzjat mill-Malta Community Chest Fund u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika billi joffri ħiliet u għarfien sabiex jitkabbar l-ikel fid-dar fl-ispazju li hemm disponibbli.

Aqra aktar

Kumpens ta’ €5,000 wara li tpoġġew ma’ ħabsin irġiel

Grupp ta’ ħabsin transgender ingħataw kumpens ta’  €5,000 kull waħda wara li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom inkisru meta tpoġġew ma’ ħabsin irġiel. Is-seba persuni, li uħud minnhom biddlu s-sess minn dak ta’ raġel għal dak ta’ mara, kollha għexu ħajja ta’ mara u identifikaw lilhom infushom hekk.

 

Huma fetħu l-kawża fil-Qorti u argumentaw li l-awtoritajiet tal-ħabs baqgħu jinsistu li jittrattawhom bħala irġiel. Barra minn hekk, uħud minnhom kienu offruti li jiċċaqilqu għas-sezzjoni tan-nisa, iżda dan kien ifisser li ma setgħux jaħdmu u jistudjaw, u għalhekk ċaħdu l-opportunita.

 

Fil-Qorti ingħad ukoll li anke l-ħabsin nisa u l-gwardjani kienu ostili lejhom, u għalhekk għażlu li jibqgħu fin-naħa tal-irġiel, anke jekk uħud minnhom kellhom jaqsmu ċella ma’ raġel. L-Imħallef Silvio Meli ordna li jitħallsu erbat elef ewro kull waħda talli nkisrulhom id-drittijiet u elf ewro oħra għad-danni li sofriet id-dinjita tagħhom.

Il-kwistjoni tal-populazzjoni tal-ħamiem diskussa bejn il-Gvern u l-Kunsilli

F’laqgħa bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis u s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, ġie deċiż li tiġi studjata l-possibilità li jiġu adottati prattiċi alternattivi ta’ kif tkun ikkontrollata l-populazzjoni tal-ħamiem fil-lokalità.

Aqra aktar

Korruzzjoni Futbol: Piena ta’ 10 punti, multa ta’ €5,000 u sospensjoni ta’ ħames snin għal Pembroke Athleta FC

  • Uchenna Anyanwu, l-ex Team Manager tal-klabb, sospiż għal għomru

Il-Bord tal-MFA li jiġġudika akkużi dwar korruzzjoni u imħatri illeċiti fil-futbol ordna il-piena ta’ 10 punti, multa ta’ €5,000 u sospensjoni mill-kompetizzjonijiet internazzjonali għal ħames snin fil-konfront ta’ Pembroke Athleta FC wara li l-klabb instab ħati li kiser ir-regolamenti dwar korruzzjoni u mħatri fil-futbol.

Aqra aktar

Kliem ta’ sodisfazzjon għall-pjan biex wardens isiru ħaddiema tal-Gvern

Is-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista fi stqarrija qalet li tilqa’ b’ sodisfazzjon l-aħbar li ta l-Prim Ministru  Joseph Muscat, li ser titkompla r-riforma tal-Gwardjani lokali u dan billi ma jibqgħux ħaddiema tal-privat iżda jsiru Dipartiment magħluq tal-Gvern. Dan wara li għal numru twal ta’ snin, is-sistema ikkonfermat dak li ilha tgħid is-Sezzjoni, li ma jistax ikollok sistema ta’ infurżar li tkun imħaddma mill-privat, fejn l-għan ewlieni tiegħu hu biss li jagħmel il-profitt.

“Din il-mizura, li bħala Sezzjoni konna ressaqna bħala proposta, se twassal sabiex il-Gwardjani Lokali jkollhom kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u dan iwasaal sabiex huma wkoll jagħtu servizz aħjar liċ-Ċittadin.

Aqra aktar

Send this to a friend