L-azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija Sapport se jiġu sospiżi biex tinstab soluzzjoni

B’referenza għall-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Union Ħaddiema Magħqudin fl-Aġenzija Sapport, dalgħodu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Mark Musú stieden lill-UĦM biex tissospendi l-azzjonijiet b’mod immedjat u tersaq għad-diskussjoni dwar l-aħħar pendenza li fadal.Aqra aktar

“Il-mixja ta’ solidarjetà ma kellha l-ebda konnessjoni ma’ każ partikolari”

Il-mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija f’Mejju li għadda saret b’appoġġ u solidarjetà lejn il-korp tal-Pulizija kollu, u mhux minħabba xi każ individwali jew partikolari.

Qalu dan il-Police Officers Union u l-Malta Police Association fi stqarrija b’reazzjoni għal diversi rappurtaġġi fuq il-midja lokali rigward l-istess mixja li saret nhar id-19 ta’ Mejju li għadda.Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jaddotta r-Rapport Mizzi dwar il-Portal Diġitali Uniku li se jiġi infurzat fl-istati membri kollha tal-U.E.

B’din il-leġiżlazzjoni Marlene Mizzi saret l-ewwel MPE minn Malta li mexxiet rapport leġiżlattiv mill-istadju tal-kumitati, trijalogi u l-vot finali fil-plenarja tal-Parlament Ewropew.

Ir-Rapport Mizzi dwar il-Portal Diġitali Uniku (Single Digital Gateway) irċieva rispons b’saħħtu u pożittiv illum il-Ħamis, 13 ta’ Settembru, b’530 vot favur, 61 kontra u 17-il astensjoni waqt l-aħħar plenarja fi Strasburgu. Din il-leġiżlazzjoni se tiġi infurzata fl-istati membri kollha.Aqra aktar

Titnieda edizzjoni oħra tal-kampanja Pink October b’messaġġ b’saħħtu biex tingħeleb il-biża’

Għelbu l-biża’, aħjar uff milli aħħ.

Dan kien il-messaġġ b’saħħtu li għaddiet is-Sinjura Michelle Muscat waqt it-tnedija tal-kampanja għal din is-sena ta’ Pink October.

Bħas-sena l-oħra din il-kampanja se twassal messaġġ b’saħħtu dwar il-kura u l-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold saħqet li jeħtieġ li aktar nisa jegħlbu l-biża’ u joqogħdu għall-eżaminar mammografiku biex b’hekk f’każ li jkollhom xi ħaġa ħażina għal saħħithom jilqgħuha minn kmieni.

Spjegat kif il-kampanja t’għarfien u kuxjenza se ssir fil-bliet u rħula madwar Malta u Għawdex.Aqra aktar

Bil-Filmat: Uffiċini ġodda għall-bank Ferratum f’Malta

Minn ħolma ta’ grupp żgħir ta’ persuni fil-Finlandja lura fl-2005, għal realtà ta’ bank li 13-il sena wara jinsab f’25 pajjiż u jimpjega madwar 1,000 persuna.

Tliet mija minnhom jaħdmu f’Malta, u minn dan ix-xahar qed iqattgħu l-jum tax-xogħol tagħhom f’uffiċini ġodda u aktar komdi f’ambjent modern u veduti spettakolari fl-isfond.

Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-Kap Eżekuttiv tal-bank Ferratum Jorma Jokela inawgura l-uffiċini l-ġodda fil-Gżira.Aqra aktar

Send this to a friend