Pjan ta’ azzjoni għal Malta iktar inklussiva

Wara li tul l-aħħar ħames snin, pajjiżna poġġa lilu nnifsu fuq nett tal-klassifika tal-pajjiżi inklussivi u ugwali f’drittijiet għal persuni LGBTIQ, il-pass li jmiss hu li sas-sena 2022, pajjiżna jimplimentà 54 miżura ġdida għal soċjeta iżjed inklussiva fosthom fil-qasam tal-isport u l-edukazzjoni.

Dawn il-miżuri se jaraw l-implimentazzjoni t’ azzjonijiet li anke jekk xi wħud huma żgħar ħafna, se jħallu mpatt fuq il-ħajja ta’ persuni LGBTIQ.Aqra aktar

“Aqbad, ippakkja, u iġri wara l-ħolma tiegħek!”

Matul l-aħħar jiem, hekk kif l-impenji tat-timijiet Nazzjonali Maltin kienu fl-aqwa tagħhom, One Sport tkellem ma’ Kyle Mifud, żagħżugħ ta’ 18 il-sena li ilu għal dawn l-aħħar sentejn jilgħab u jistudja l-Ingilterra wara li rebaħ scholarship grazzi għall- Ministeru tal-Edukazzjoni.

Mifsud, li huwa prodott tan-nursery ta’ Birkirkara FC kif ukoll plejer regolari fit-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-19 il-sena, irrakonta magħna l-avventura tiegħu fl-Ingilterra kif ukoll l-pjanijiet li għandu għall-futur.Aqra aktar

Il-valur tal-propjetà f’Malta bl-akbar kisbiet fid-dinja

Indiċi tal-prezzijiet tad-djar madwar id-dinja juri l-valur tal-proprjetà f’Malta rreġistra l-ogħla gwadann fil-prezzijiet tal-proprjetà madwar id-dinja.

L-indiċi ppubblikat minn Knight Frank LLP, l-akbar aġenzija fid-dinja dwar is-suq tal-proprjeta kejjel iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet fis-suq tal-proprjetà mawar id-dinja bejn April u Ġunju li għadda.

Ingħad li Malta għelbet lil Hong Kong bil-valur tal-proprjetà residenzjali jiżdied bi 17%.Aqra aktar

Bil-Filmat: il-Prim Ministru jinawgura ċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop

Inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop li ser iservi bħala l-ewwel post ta’ trattament għall-kura għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, b’mod partikolari għal familji minn Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Farruġ u l-Imqabba.

B’investiment ta’ madwar miljun ewro, aktar minn 28,000 resident ser ikunu jistgħu jinqedew bl-aktar mod faċli mingħajr ebda skariġġ żejjed. Fl-istess waqt ser ikun qed jittaffa l-piż minn fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana li fih kinu jirrikorru għall-kura.

Aqra aktar

Jonathan Caruana lura fl-skwadra ta’ Valletta FC

One Sport jista’ jikkonferma l-aħbar li żvela l-ġimgħa li għaddiet dwar ir-ritorn tad-difensur internazzjonali Malti Jonathan Caruana.  Caruana kien ġie sospiż għal erba’ snin min-NADO (National Anti-Doping Organisation) wara li instab ħati li għamel użu minn sustanzja projbita, deċiżjoni li d-difensur ta’ Valletta appella minnha, liema appell intlaqa’ mill-CAS (Court of Arbitration for Sport).Aqra aktar

Id-diskors ta’ mibegħda fuq l-internet huwa qawwi f’Malta

Aktar min-nofs il-Maltin iltaqgħu ma’ diskors ta’ mibegħda fuq l-internet.

Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li ħamsa u ħamsin fil-mija tal-Maltin li wieġbu l-istħarriġ qalu li ltaqgħu ma’ dan id-diskors u lingwaġġ xejn sabiħ, b’kumbinazzjoni.

Malta ġiet l-ewwel f’dan l-istħarriġ segwita mir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Polonja.Aqra aktar

Send this to a friend