Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli tgħin lin-nursery tal-Imtarfa biex it-tfal iżommu ’l bogħod mill-vizzji

Il-klabb tal-futbol tal-Imtarfa Youth Nursery ngħata materjal ta’ taħriġ mill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli bħala parti mill-ħidma li din tagħmel fil-komunità biex tqajjem kuxjenza dwar il-vizzji relatati mal-logħob.

L-għan aħħari hu li dawn it-tfal jitgħallmu minn issa jiddistingwu bejn logħob responsabbli u l-użu eċċessiv tal-internet jew logħob ieħor. Dan anke bħala prevenzjoni ta’ imġieba perikoluża li taf twassal għal xi vizzju.Aqra aktar

Fl-ewwel nofs tal-2020 l-MGA kkanċellat seba’ liċenzji tal-logħob u daħlet €2.4M f’multi

Bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra, l-Awtorità Maltija għal-Logħob ħarġet disa’ multi li b’kollox jammontaw għal aktar minn żewġ miljun u erba’ mitt elf ewro. Dan filwaqt li b’kollox inħarġu ħdax-il twissija, żewġ sospensjonijiet u seba’ operaturi tteħditilhom il-liċenzja tal-logħob.Aqra aktar

Il-logħob tal-futbol f’Għawdex se jibdew jixxandru b’mod dirett

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Futbol ingħatat €150,000 f’għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex sabiex għall-ewwel darba l-Assoċjazzjoni tibda xxandar il-logħob b’live streaming. Dan hekk kif kawża tal-pandemija l-logħob ta’ dan l-istaġun għadhom qed jintlagħbu wara l-bibien magħluqa.Aqra aktar

Mirkub mill-vizzju tal-logħob, seraq €16,000 mill-imgħallma tiegħu biex jilgħabhom

Amadeo Montilla Manalo ta’ 44 sena mill-Filppini ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq €16,000 mingħand l-imgħallma tiegħu.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huwa ġie mixli b’serq aggravat wara li kien arrestat iktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif affarjiet li l-imputat ħalla warajh wara s-serqa qajmu suspett tant li ssejħu l-Forzi Armati. L-imputat qal lill-Qorti li seraq il-flus minħabba problema tal-logħob.Aqra aktar

Seraq il-flus mid-dar li kien jaħdem fiha biex lagħabhom f’lejl wieħed

Raġel ta’ 44 sena mill-Fillipini, li jgħix Ħal Balzan, tressaq il-Qorti akkużat b’serqa aggravata minn dar f’Ħal Balzan. Amadeo Mantilla Mando ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, iżda nżamm arrestat sakemm tingħata s-sentenza finali.

L-Ispettur Roderick Spiteri spjega li l-Ġimgha filgħodu rċieva telefonata dwar serqa minn dar f’Ħal Balzan. Meta marru fuq il-post, sabu li kien hemm pakkett suspettuż quddiem id-dar fejn gew imsejjħa l-Forzi Armati mit-Taqsima tal-Isplussivi, li sabu li dan il-pakkett kellhu fih oġġetti misruqa mid-dar. Minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà, instab li kien eks ħaddiem tal-familja tad-dar li daħal jisraq, fejn eventwalment ġie arrestat. Huwa ħadem ma’ din il-familja għal dawn l-aħħar erba snin.  L-Ispettur Spiteri spjega li r-raġel seraq €16,000 u li minnhom irritorna l-fuq minn €12,000, id-differenza tal-flus ir-raġel ammetta li lagħabhom f’lejl wieħed, hekk kif għandu vizzju aggravat tal-logħob.Aqra aktar

Send this to a friend