LNG – One News

Notifiki

Times of Malta tiċċensura r-risposti tal-Gvern

B’referenza għall-artiklu li deher fuq il-ġurnal Times of Malta dwar il-proġett tal-enerġija, l-Gvern irrisponda fid-dettall għall-mistoqsijied kollha li ġew mistoqsija minn ‘the Daphne Project.’ Madanakolllhu il-ġurnal The times of Malta għal darb’oħra iċċensura ir-risposti tal-Gvern bl-għan li jipproduċi storja negattiva ibbażata fuq analiżi skoretta. Infatti, gazzetta oħra li ukoll tifforma parti minn The Daphne project, qalet b’mod ċar u tond li m’hemm l-ebda suġġeriment ta’ mġieba ħazina mill-partijiet involuti.

Aqra aktar

Kumpanija pubblika għall-proġett tal-pipeline tal-gass

  • Is-sena d-dieħla jibdew l-istudji ambjentali u tekniċi
  • Applikazzjoni għall-fondi Ewropej

Għaddejjin pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettiq tal-proġett tal-pipeline tal-gass u iktar tard biex tieħu ħsieb u tmexxi l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Kien il-Ministru Joe Mizzi li ta dawn id-dettalji filwaqt li qal li “huwa mistenni li l-proġett idum seba’ snin biex jitwettaq.”

Aqra aktar

Is-settur tal-enerġija diskuss fil-Parlament

Il-Parlament iddibatta s-settur tal-enerġija wara mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Mozzjoni li fost oħrajn titlob il-pubblikazzjoni tal-kuntratti b’rabta mal-impjant tal-gass u ftehimiet oħra fis-settur. Dokumenti li diġà kienu ppubblikati fl-aħħar sigħat u li ċ-ċittadini jistgħu jarawhom billi jidħlu online.

Il-proġett diskuss huwa l-proġett li wassal għal roħs fit-tariffi tal-enerġija u għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea f’kull aspett tiegħu b’Kummissarji Ewropej differenti jinnotaw l-impatt pożittiv tiegħu u l-mod kif inbena skont ir-regoli kollha Ewropej.

Aqra aktar

L-ewwel LNG beda jiġi trasferit fuq l-art

L-ewwel konsenja ta’ gass LNG, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bdiet tiġi trasferita għall-faċilità fuq l-art.

Ħabbar dan il-Ministru Konrad Mizzi f’messaġġ li kiteb fuq is-sit soċjali Facebook.

Aqra aktar

Il-maltemp qawwi m’affetwax il-ħażna tal-LNG

ElectroGas Malta fi stqarrija qalet li l-maltemp qawwi li pajjiżna esperjenza tul tmiem il-ġimgħa m’effetwa b’ebda mod il-Floating Storage Unit (FSU)  tal-LNG li hemm ‘l barra mill-bajja ta’ Marsaxlokk.

Fl-istqarrija ntqal li kien każ ta’ maltemp b’riħ li laħħaq il-Forza 7 u frekwenza ta’ 40 knot. L-imbatt tal-baħar kien qawwi ħafna, u dan waqt li l-FSU kien għaddej minn proċess ta’ ħidma biex ikun raffinat l-irmiġġ, permezz ta’ erba’ tug boats. Minkejja l-maltemp, dan il-proċess baqa’ għaddej.

L-FSU “żamm il-pożizzjoni tiegħu b’mod komdu” temmet tgħid l-istqarrija.

 

IL-PARLAMENT EWROPEW FAVUR RAPPORT LI JĦEĠĠEĠ L-UŻU TAL-LNG

• Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mħeġġa jaqilbu għall-gass

Il-Parlament Ewropew ivvota favur rapport fuq l-Istrateġija Ewropea dwar l-LNG u faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass. Din hija strateġija proposta mill-Kummissjoni Eworpea, li tħeġġeġ l-użu ta’ dan is-sors ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Riskji estremi ta’ darba kull 100,000 sena

  • RAPPORTI TEKNIĊI JĠIBU FIX-XEJN IL-BIŻA’ DWAR IT-TANKER TAL-GASS
  • IKKONFERMAT BĦALA SORS TA’ ENERĠIJA SIGUR

Rapporti minn kumpaniji rinomati fid-dinja bħal Marin (Istitut tar-Riċerka Marittima fl-Olanda) u l-SGS (kumpanija multi-Nazzjonali li tagħmel xogħol ta’ verifika u testijiet, ibbażata fl-Isvizzera) jikkonfermaw fir-rapporti tagħhom li t-tanker f’Marsaxlokk, li se jkun qed jisuplixxi l-gass lill-power station il-ġdida, huwa sigur.

Dawn ir-rapporti kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ambjent mill-operatur sabiex b’mod sussegwenti jinħarġu l-permessi kollha neċessarji b’rabta ma’ dan il-proġett kif dejjem intqal sa mill-bidu nett.

Fir-rapporti estensivi tagħhom li jistħarrġu diversi istanzi u jaraw x’inhuma l-possibilitajiet ta’ riskji li jistgħu jeżistu minħabba l-LNG tanker, iqisu li hemm ċans biss ta’ darba kull 100,000 sena f’xenarji estremi, li jkunu milquta l-viċinanzi ta’ fejn ikun sorġut it-tanker. Dan kollu jifqa’ għal kollox il-bużżieqa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busutti li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin tipprova tnissel biża’ fost ir-residenti ta’ Marsaxlokk b’mod partikolari.

Aqra aktar

Dokumenti b’rabta mal-permess tal-impjant li jaħdem bil-gass issa għall-iskrutinju pubbliku

 Fi stqarrija l-Gvern qal li jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tad-dokumenti b’rabta mal-permess tal-impjant il-ġdid li ser jaħdem bil-gass. Dawn id-dokumenti li ġew ippubblikati mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi issa jinsabu għall-iskrutinju tal-pubbliku.

Kif dejjem seħħ, il-pubblikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti saret skont il-proċess kif iddettat mill-istess Awtorità u f’konformità mar-Regolamenti tal-2013 dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali (AL 10 tal-2013). Il-proċess ta’ konsultazzjoni jsegwi dak li nbeda fis-snin li għaddew matul  il-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp. F’kull stadju sar proċess ta’ konsultazzjoni pubblika skont kif mitlub mir-regolamenti applikabbli.

Aqra aktar

Send this to a friend