Notifiki

Liema sitt kanzunetti għandhom jirrappreżentaw lil Malta fl-ewwel ktieb tal-kanzunetti tal-EU?

Mit-23 ta’ Novembru sas-sittax sat-23 ta’ Diċembru l-Maltin kollha huma mistednin jagħżlu s-sitt kanzunetti Maltin li għandhom jirrappreżentawhom fl-ewwel Ktieb tal-Kanzunetti tal-Unjoni Ewropea. 48 kanzunetta Maltija ġew innominati f’sitt kategoriji minn studenti tal-Mużika Maltin, u għalliema tal-iskola. S’issa iktar minn 35,000 ruħ minn 19 stati membri vvutaw għas-sitt għanjiet rispettivi tagħhom: Il-Maltin kienu l-għoxrin stat tal-EU li ivvotaw.

Aqra aktar

Manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti għall-istudenti kollha

Għall-ewwel darba l-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex se jkollhom manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti, bir-regoli l-ġodda kollha miġbura f’temi differenti biex l-istudenti jifmuhom aħjar.

L-awtur ta’ ‘Nikteb il-Malti Tajjeb’, Karl Scicluna, spjega kif kienet ilha tinħass il-bżonn għal ktieb tal-ortografija aġġornat li l-istudenti u l-għalliema jistgħu jużaw bħala referenza.

Aqra aktar

Il-Liġi tal-Malti: min jaqbel u min ma jaqbilx mal-bidliet proposti

Sitt entitajiet tal-Malti ffirmaw stqarrija b’reazzjoni kontra emendi li ġew proposti mill-Gvern fil-Liġi tal-Malti.

Dawn huma l-Akkademja tal-Malti, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, id-Dipartment tal-Malti fil-Junior College, l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università, l-Għaqda tal-Malti fl-Università u l-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti.

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se tiġi aġġornata biex jiġu rikonoxxuti u inklużi entitajiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Is-sitt entitajiet qed jgħidu li l-proposti se jdgħajfu l-Kunsill il-ġdid tal-Malti mill-aspett akkademiku. Jinsistu li għalkemm hija ħaġa tajba li r-rappreżentanza fil-Kunsill kibret b’erba’ membri ġodda, il-proposti tal-Gvern fihom tliet nuqqasijiet. 

Aqra aktar

“Għal darb’oħra ispirata minn nanna”

“Din mhux rebħa tiegħi – dan hu t-trijonf tal-kanzunetta bil-malti!”

Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kantanta Corazon ftit tal-mumenti biss wara li rebħet l-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena. One News tkellem mar-rebbieħa ftit sigħat biss wara. 

Aqra aktar

Send this to a friend