ligi – Page 2 – One News

Notifiki

Pass ‘il quddiem fil-liġi tal-Konsumaturi

 

It-tibdil fil-liġi tal-Konsumaturi wassal għal reazzjoni pożittiva mill-Għaqda tal-Konsumaturi.

Fi stqarrija, l-għaqda ddeskriviet it-tibdil bħala pass importanti sabiex l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni jerġa jkollu l-poteri kollha biex jassigura li f’Malta, is-swieq ikunu kompetittivi mill-ġdid għall-ġid tal-konsumaturi, in-negozji u l-ekonomija Maltija.

Intqal li kien pass għaqli li l-Gvern ħa din l-okkażjoni sabiex jirrevedi xi affarijiet fil-liġijiet, sew tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumaturi.Aqra aktar

“Għal darb’oħra wettaqna l-Istorja flimkien” – il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-IVF

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali b’reazzjoni għall-approvazzjoni tal-liġi ġdida dwar l-IVF, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-liġi l-ġdida dwar l-IVF hija aktar moderna, ibbażata fuq ix-xjenza, u waħda li se tagħti l-opportunità  biex jiġu ffurmati mijiet ta’ familji.

Il-Prim Ministru Muscat qal mijiet ta’ nisa, irġiel, persuni, u koppji, se jkollhom iċ-ċans jiffurmaw lill-familja tagħhom u jkollhom l-ulied.

“Ninsabu kburin li għal darba oħra wettaqna l-Istorja flimkien kif ingħatajna mandat mill-poplu”, qal il-Prim Ministru.

Permezz ta’ din il-liġi l-ġdida, Malta m’għadhiex pajjiż li jiddiskrimina kontra persuni gay, kontra nisa li huma ikbar fl-età jew waħedhom.

“Għalhekk kburi b’pajjiżna, għalhekk kburi bid-deċiżjoni li tajtuna l-mandat intom biex inwettqu u għal darba oħra ninsabu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja”, temm jgħid il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Titjib fil-liġi tal-IVF

Mistoqsi dwar l-emendi għall-bidliet fil-liġi tal-IVF, Joseph Muscat fuq ONE Radio tenna: “Urejna li nisimgħu u għamilna xi emendi għal proposti tagħna. Fost oħrajn li l-kwistjoni ta-ssurrogacy noħduha b’mod separat u aġġustajna l-punt dwar l-anonimità tad-donatur.”

Aqra aktar

Qabel tilmenta rigward informazzjoni li ħarġet minn facebook u forsi m’għoġbitekx aqra dan

Ħafna huma dawk li jispiċċaw f’kontroversji u polemiki li għandhom x’jaqsam mas-sit popolari ta’ facebook. Dawn ikunu jirrigwardaw xi malafama, xi status li ma jintgħoġobx u anke ġieli jidher xi ritratt fuq midja u dak li jkun ma jkunx jixtiequ jidher.

Iżda tajjeb li wieħed qabel joħloq inkwiet bla bżonn u jaħli ħinu u forsi anke flusu għax ikun spiċċa qabbad xi avukat għal xi kwistjoni li ma jkollux raġun, jiftakar li dak li jitfa’ facebook, jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqu, huwa pubbliku, irrelevanti għandekx ritratt ma’ xi ex sieħeb jew sieħba, jew kontx tgħid mod u llum ieħor, kontx taqbel m’argument u llum m’għadekx. Tajjeb li qabel titfa’ xi ħaga għall-pubbliku, tkun ċert minn dak li se tesponi.

Aqra aktar dwar xi drittijiet għandek b’relazzjoni mas-sit facebook hawn: https://www.facebook.com/about/privacy

Liġi ġdida li tamministra d-dejn tal-gvern

 

Il-Parlament beda jiddiksuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji  – liġi li ll-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sejjaħ bħala element fundamentali fejn tidħol il-governanza tad-dejn pubbliku.

Ilbieraħ filgħaxija huwa qal li dan l-att se jservi wkoll bħala bażi biex jixpruna ’l quddiem riformi oħra bil-għan ewlieni li jintlaħqu l-aspettattivi tal-gvern, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Fond Monetarju Internazjzonali u tal-aġenziji tal-kreditu fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dejn.Aqra aktar

Send this to a friend