ligi – One News

Notifiki

Liġi ġdida biex issaħħaħ u tipproteġi lit-tfal mill-1 ta’ Lulju

Mill-ewwel ta’ Lulju, se tidħol fis-seħħ il-liġi dwar il-protezzjoni tat-tfal, li għandha l-għan li toffri protezzjoni akbar lil tfal meqjusa vulnerabbli, li jkunu qed jesperjenzaw kwalunkwe tip ta’ abbuż, vjolenza jew abbandun. Aqra aktar

F’sena l-Parlament iltaqa’ 94 darba u ġew mgħoddija 39 liġi

L-Ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti, Anġlu Farrugia, stqarr li l-Parlament Malti jista’ jiffunzjona b’mod li huwa ta’ eżempju għas-soċjetà.

Qal dan f’messaġġ fl-okkażjoni tas-Sette Giugno fejn stqarr li tul il-pandemija tal-Covid-19 li laqtet lid-dinja, il-parlament Malti baqa’ jiffunzjona. Aqra aktar

Liġi tal-kera bilanċjata li tħares l-interess ta’ kulħadd

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li l-liġi proposta dwar is-suq tal-kera hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li sar għal diversi xhur, inkluż bil-pubblikazzjoni ta’ white paper dettaljata. Kemm fl-istadju ta’ konsultazzjoni, kif ukoll fil-vot fil-parlament, din il-liġi dejjem gawdiet minn qbil unanimu. Aqra aktar

Kemm-il koppja miżżewġa jagħżlu li jżommu kunjom il-mara?

Hekk kif daħlet fis-seħħ l-liġi l-ġdida tal-kunjomijiet, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara.

Dan intqal wara statistika minn Identity Malta fejn ħareġ li minn totall ta’ 2,536 żwieġ fl-aħħar sena, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara, filwaqt li 242 koppja kkumbinaw il-kunjomijiet tagħhom.Aqra aktar

Send this to a friend