Notifiki

Jgħid li r-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 għad iridu jarawha l-avukati tal-PN 

L-Oppożizzjoni baqgħet iżolata waħidha kontra r-riforma dwar il-kirjiet ta’qabel l-1995, bil-Kap Nazzjonalista Bernard Grech spiċċa jgħid li l-Partit Nazzjonalista għadu bla pożizzjoni dwar din ir-riforma proposta. Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti huwa u ħiereġ minn żjara li għamel fl-uffiċini ta’ kumpanija lokali, liema mistoqsijiet huwa spiċċa ħarab billi daħal jiġri f’lift, Bernard Grech spiċċa stqarr li l-Oppożizzjoni għadha trid tiddiskuti din ir-riforma proposta.Aqra aktar

“Ħabib tiegħi, ma ridtx nemmen meta smajt l-aħbar li kont int”

“Lanqas nista’ nemmen li ħallejtna daqshekk malajr ħabib tiegħi. Għalija int ma kontx biss kollega imma ħabib mill-aħjar.” Dan kien biss wieħed mill-mijiet ta’ kummenti fuq il-profil ta’ Raymond Cassar, ir-raġel li miet mewta traġika, lbieraħ filgħaxija. Raymond tilef ħajtu wara li nqabad taħt lift fi blokka ta’ bini fil-Ħamrun. Minkejja, t-tentattivi li saru mill-Pulizija u l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili d-destin tar-raġel kien miktub u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aqra aktar

Membri Parlamentari se jkollhom jużaw it-taraġ….

Hu stmat li żewġ terzi mill-popolazzjoni Ewropea ma tagħmilx l-ammont t’attività fiżika rakkomandata għas-saħħa.

600,000 mewt fis-sena madwar l-Ewropa huma assoċjati ma’ nuqqas ta’ moviment fiżiku.  Kien għalhekk li fl-2012 twieldet il-kampanja ‘NowWeMOVE’, bil-għan li 100 miljun persuna tkun fiżikament attiva sal-2020.

Kull min żar il-Parlament Malti llum u kellu jitla’ jew jinżel sular jew tnejn, ikkontribwixxa ftit. Dan għaliex ġiet irrispettata l-inizjattiva ‘No Elevator Day’ bħala parti mill-kampanja.  Kull min jista’ ma jużax il-lift, kellu juża t-taraġ.

Aqra aktar

Send this to a friend