licenzji – One News

Notifiki

Madwar 300 liċenzja ġdida mal-MTA fl-aħħar 4 xhur

Fl-aħħar 4 xhur l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu liċenzjat madwar 300 operatur ġdid fil-qasam turistiku.  Dan ħabbritu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li stqarret kif dan ikompli juri l-fiduċja kbira li għad hemm fis-settur, anke fi żmien fejn l-pandemija ħolqot diffikultajiet kbar mad-dinja kollha. Aqra aktar

Tista’ tibqa’ ssuq jekk tiskadilek il-liċenzja minn Marzu ‘l quddiem

Fid-dawl tat-tixrid tal-Cornavirus, Transport Malta qed tagħmel arranġamenti temporanji biex il-liċenzji tas-sewqan (il-liċenzja r-roża) li se jiskadu minn Marzu ‘l quddiem mhumiex se jkunu mġedda sakemm jinħareg avviż ieħor. Dan ifisser li kull persuna li qed tiskadila l-liċenzja xorta waħda se tkun tista’ ssuq il-vettura tagħha fix-xhur li ġejjin sakemm s-sitwazzjoni fir-rigward tal-Coronavirus tirritorna għan-normal. Aqra aktar

Żieda ta’ 36 karozza kuljum għas-sena 2017

Informazzjoni minn Transport Malta turi li sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, vetturi bil-liċenzja kienu jammontaw 372,061.

Minn dawn 78.4 fil-mija mill-ammont kollu kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.6 kienu vetturi kummerċjali, 6.9 fil-mija kienu muturi, quadricycles jew quadbikes.

Il-minibuses u vannijiet jammontaw għal ftit inqas minn 1 fil-mija tat-total.

Jidher li tul l-2017, il-medja ta’ karozzi zdiedet għall-ammont ta’ 36 vettura kull ġurnata.

F’din l-istatistika jidher li 6.687 vettura tneħħew mit-toroq fuq diversi restrizzjonijiet. Minnhom, 40.4 fil-mija reġgħu nbiegħu, 29.7 fil-mija kienu ggaraxxjati waqt li 27.7 fil-mija kienu sskrepjati. Dawn fil-maġġoranza taghhom kien karozzi tal-passiġġieri.

Send this to a friend