449 bhima ‘tapplika’ għal liċenzja

Fl-aħħar xhur kien hemm 449 applikazzjoni minn sidien ta’ bhejjem li jridu jsuquhom fit-triq. Dan skont ir-regolamenti l-ġodda dwar l-Użu t-Triq ta’ Bhejjem u etturi Miġbuda minn Bhima.

Jirriżulta li l-applikazzjonijiet li rċeviet huma mqassma kif ġej :

  • 181 applikazzjoni għal-liċenzji ta’ vetturi miġbuda minn bhima għall-użu privat (srieken u xarretti)
  • 20 applikazzjoni għal-liċenzji ta’ bhejjem ta’ rkib bis-sarġ
  • 248 applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan ta’ bhejjem u vetturi miġbuda minn bhejjem.

Aqra aktar

Skejjel tal-istat irid ikollhom liċenzja wkoll

Fost il-proposti li huma inklużi fir-riformi tal-qasam edukattiv hemm il-proċess ta’ liċenzjar tal-iskejjel. Proċess li se jsaħħaħ l-awtonomija tal-iskola filwaqt li jimmira għal servizz aqwa lill-istudent. Din id-darba anke skejjel tal-gvern irid ikollhom liċenzja u din tista’ saħansitra tintilef. Tkellimna ma’ Ian Mifsud, mid-Direttorat għall-Istandards tal-Edukazzjoni. Aqra aktar

Send this to a friend