Notifiki

Mhux ħati li xaħħam biex jakkwista l-liċenzja tas-sewqan

Joseph Attard ta’ tnejn u erbgħin sena ma nstabx ħati talli bejn l-elfejn u sitta u l-elfejn u tmienja xaħħam uffiċjal sabiex jakkwista liċenzja tas-sewqan mingħajr ma jitla’ għat-test. F’dan il-każ ġie akkużat ukoll Francis Catania bħala kompliċi, iżda lanqas dan ma nstabx ħati.Aqra aktar

Jirrevokawlek il-liċenzja jekk jaqbduk issuq b’vista batuta

Sewwieqa li ma jkunux jistgħu jaqraw pjanċi ta’ karozzi oħra minn 20 metru bogħod meta jkunu mwaqqfa mill-Pulizija se jibda’ jkollhom il-liċenzja tagħhom rivokata b’mod immedjat.

Dan skont liġi ġdida fl-Ingilterra biex sewwieqa jkunu taħt skrutinju mhux biss għal effetti ta’ xorb jew droga, iżda anke ta’ nuqqas ta’ vista. Dan se jibda’ bħala proġett polita f’ Hampshire, Thames Valley, u il-West Midlands.Aqra aktar

Ħati li saq b’mod perikoluż

Joseph Bugeja ta’ 50 sena mill-Imġarr instab ħati li saq b’mod perikoluż u li ta fastidju lil Martin Chetcuti.

Il-każ seħħ lura fl-2014 meta l-akkużat ried iwaqqa’ ħajt li wassal lil Chetcuti jirrapporta kollox lill-Pulizija. L-akkużat saq trakk u kien propju hawn li allegatament Chetcuti ntlaqat bil-mera, li kkawżatlu ġrieħi ħfief.

Wara li semgħet ix-xhieda kollha, il-Qorti kkonkludiet li l-intenzjonijiet ta’ Bugeja ma kinux li joqtlu lil Chetcuti u l-kawża tal-inċident innifsu kien żball fil-ġudizzju. Fl-istess waqt innutat li t-tensjoni bejn iż-żewġ naħat kienet ilha għaddejja.

Aqra aktar

Send this to a friend