libsa – One News

Notifiki

Iddisinja l-libsa tat-tieġ tal-għarusa tiegħu stess

Skont it-tradizzjoni, normalment hija l-għarusa u l-familjari tagħha li jkunu raw il-libsa tat-tieġ tal-għarusa minn qabel. Ħafna drabi l-għarus inkluż il-mistednin jaraw għall-ewwel darba l-libsa tal-għarusa waqt iċ-ċerimonja tal-quddies, jew fis-sala tat-tieġ. Iżda l-gazzetta KullĦadd intervistat koppja li l-għarus iddisinja hu stess l-libsa tat-tieġ ta’ martu.Aqra aktar

X’tagħmel kieku r-raġel bi żball jagħti l-libsa tat-tieġ DONAZZJONI?

Mara Amerikana minn North Carolina għamlet appell online wara li r-raġel tagħha ta bħala donazzjoni l-libsa tat-tieġ tagħha.

Dan għamlu bi żball, meta mar għand l-organizazzjoni tal-karità Goodwill b’numru ta’ boroż u bi żball qabad il-libsa li kienet lesta f’borża wkoll biex tmur għand id-dry cleaners.

Issa, Natalie Gelbert qed tipprova ssibha billi tappella fuq Facebook, liema appell dar dawra d-dinja u kien imxerred aktar minn 27,000 darba. Il-libsa xtraha xi ħadd għas-somma miżera ta’ $25, meta l-koppja għadha qed tħallas għaliha bin-nifs wara 18-il xahar.

Il-libsa kienet desritta bħala sentimentali ħafna u xi ħaġa li ħadd ma jista’ jsib ekwivalenti tagħha għal din il-koppja.

Aqra aktar

Adele qabdet il-Grammy u tagħtu lil Beyonce?

Qed jgħidu li l-kantanta Adele qabdet il-Grammy award għall-aħjar album u tagħtu lil Beyonce, għax qalet li jixirqilha aktar.

L-istilla tal-mużika pop ingħatat l-aqwa unur wara li għamlet miljuni kbar bl-album ’25’, iżda lill-udjenza waqt l-għoti tal-unuri qaltilha: “Ma nistax naċċetta dan il-premju”. Qalet ukoll li tinsab onorata u grata, imma Beyonce hija l-artista li l-aktar tammira. Dan fl-isfond ta’ ilmenti li l-Grammy awards ma jippremjawx artisti  ta’ karnaġjon skur.

Aqra aktar

Send this to a friend