L-Air Malta bl-ewwel titjira lejn il-Libja f’seba’ snin

Ajruplan tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta ttajjar lejn il-Libja għall-ewwel darba wara seba’ snin. It-titjira niżlet fl-Ajruport ta’ Mitiga fi Tripli, u fuqha kien hemm delegazzjoni mmexxija mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi.

Waqt iż-żjara ġew diskussi diversi temi, kif se jkomplu t-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi, u żjara minn esperti tas-sigurtà fl-avjazzjoni mill-Ministeru għall-Intern fi Tripli u mill-Ajruport ta’ Misurata.

Il-Ministru Clyde Caruana fisser dan kollu bħala sinjal pożittiv, u li ż-żewġ partijiet se jkomplu jaħdmu flimkien biex jaraw progress fl-avjazzjoni. Temm ifakkar ukoll li fl-aħħar deċennji, Malta u l-Libja appoġġjaw lil xulxin f’bosta istanzi, u se ssir ħidma biex ir-relazzjoni diġà qawwija bejn il-pajjiżi tkompli tissaħħaħ.

Żjara fil-Libja bil-ħsieb li jinfetaħ konsulat f’Benghazi

Permezz ta’ delegazzjoni mmexxija mis-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Christopher Cutajar, saret żjara fi Tripli u f’Benghazi fil-Libja, bil-għan li jibdew it-tħejjijiet meħtieġa sabiex Malta tiftaħ konsulat fil-belt ta’ Benghazi, li tinsab fuq in-naħa tal-Lvant tal-Libja.

Aqra aktar

Id-Dwana b’qabda ta’ 900 rifle falz li kienu sejrin il-Libja

L-Uffiċjali tad-Dwana interċettaw kontejner mimli rifles foloz tal-għamla AK47.

Fi stqarrija d-Dwana Maltija qalet li waqt spezzjonijiet li kienu qed jagħmlu uffiċjali tagħha, f’dan il-kontejner u li kien rreġistrat bħala wieħed li qed iġorr oġġetti ta’ crafts, instabu disa’ mitt rifle falz li kienu fi triqithom lejn il-Libja.

Aqra aktar

Send this to a friend