LGBTIQ – Page 3 – One News

Notifiki

Dikjarazzjonijiet favur il-liġi taż-żwieġ indaqs

Il-liġi li qed tkun diskussa fil-parlament hi pass importanti lejn l-ugwaljanza u għalhekk kull membru parlamentari għandu jivvota favuriha.

Qalet dan l-organizazzjoni Aditus, li  taħdem favur id-drittijiet tal-bniedem.

Aditus li hija organizazzjoni indipendenti qalet li tinsab ferħana u sodisfatta ħafna li sa fl-aħħar pajjiżna se jkun qed jaddota leġislazzjoni ta’ żwieġ ugwali.

Aqra aktar

“Il-PN dejjem kaxkar saqajh dwar id-drittijiet tal-LGBTIQ”

Mitejn koppja, li qabel kienu esklużi, iżżewġu minn meta ddaħlet il-liġi tal-unjoni ċivili, kien hemm adozzjoni u hemm proċess biex ħamsa oħra jadottaw. Apparti minn hekk kien hemm 70 persuna li applikaw biex jieħdu l-identità tal-ġeneru tagħhom.

Meta ressqet it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-żwieġ u liġijiet oħrajn, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, Helena Dalli qalet li din il-liġi hija qabża oħra liberali ’l quddiem u li Gvern Laburista ta l-importanza li ħaqqha u ressaqha fit-tieni seduta.

Aqra aktar

200 koppja affetwati

Mitejn koppja se jkunu jistgħu jbiddlu l-Unjoni Ċivili fi zwieġ. Dan bl-abbożż tal-liġi li se jitressaq għad-diskuzzjoni , għada fil-Parlament.

Iżda dan l-abbozz ma jikkonċernax biss lill-koppji tal-istess sess u LGBTIQ, għaliex se jimmoderniza aspetti tal-liġi oħra taż-żwieġ. Fosthom li ikunu l-koppji li jagħzlu liema kunjom li se jagħtu lill-uliedhom u raġel jistgħa jieħu l-kunjom tal-mara.

Aqra aktar

Gvern Liberali iżjed minn qatt qabel

Jekk jerġa’ jkun elett Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikun liberali iktar minn qatt qabel.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta t-Tlieta filgħaxija ndirizza attivita’ tal-Partit Laburista li għaliha kienet mistiedna l-komunita LGBTIQ.

Il-Prim Ministru qal li waħda milli miri ta’ gvern elett mill-ġdid huwa li jkabbar id-distakk fuq it-tieni post f’dak li għandu x’ jaqsam mal-klassifika tad-drittijiet ċivili.

Dan hu impenn li ntlaqa’ b’sodisfazzjon minn dawk preżenti għaliex jafu li l-Prim Ministru jżomm kelmtu.

Aqra aktar

Vot lill-PN huwa theddida għad-drittijiet

Il-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għall-ugwaljanza u d-drittijiet umani.

Dan sostnietu mal-gazzetta t-Torċa Mia Sundelin, President ta’ Rainbow Rose, organizazzjoni li tiġbor fi ħdanha persuni LGBTI minn madwar l-Ewropa. 

Sundelin li qed issegwi wkoll l-andament elettorali f’pajjiżna qalet,

“Vot lill-Partit Laburista fit-tlieta ta’ Ġunju ifisser li Malta se tkompli tmexxi lill-Ewropa u lid-dinja fejn jidħlu d-drittijiet umani  u d-drittijiet tal-persuni LGBTI. Iżda vot lill-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għal dan il-progress.”

Dan il-kumment skjett minn għaqda rispettata ferm fuq il-fora internazzjonali ġie anki fid-dawl li l-Kap Simon Busuttil insista li fit-tim ta’ kandidati li qed jippreżenta jkollu lil Josie Muscat.

Aqra aktar

Twissija li ma tgħoddx għal Malta!

Il-ġurnal Politico llum jirrapporta dwar ix-xenarju ppreżentat mill-grupp ILGA-Europe, li jħares id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

L-aħbar hija ta’ tħassib għas-settur imma pożittiva ferm għal Malta. Għax filwaqt li hemm pajjiżi fejn persuni LGBTIQ li saħansitra qed jibżgħu għal ħajjithom minħabba s-sesswalità tagħhom, hemm pajjiżi oħra fejn l-ugwaljanza hija massima.

Aqra aktar

Il-PN ċaħħadni, Joseph Muscat tani lura l-ħajja – Joanne Cassar

“Gvern Nazzjonalista ċaħħadni milli nkun wild ta’ dan il-pajjiż. Il-Prim Ministru wara biss għaxar ġurnata fil-Gvern tani dak li kont imċaħda minnu u li għandu kull persuna.”

Dan kien kliem Joanne Cassar waqt Pjazza fi Pjazza fl-Isla, li wara li kienet ilha snin tiġġieled fil-Qrati biex tkun tistà tiżżewweġ lil maħbub tagħha wara li biddlet is-sess, Gvern Laburista wara għaxar ġurnata biss lil Joanne bidlilha ħajjitha.

Aqra aktar

UNJONI ĊIVILI: TLIET SNIN TA’ EŻEMPJU GĦAL PAJJIŻI OĦRA

Bħal lum tliet snin ġie approvat it-tielet qari ta’ liġi li bidlet il-ħajja ta’ bosta nies – il-liġi tal-Unjoni Ċivili.

Dwar dan one.com.mt tkellem ma’ Cyrus Engerer li kien wieħed mill-attivisti li stinka ħafna biex din il-liġi tidħol fis-seħħ. Huwa stqarr magħna li permezz tal-liġijiet li daħħal il-Gvern fl-aħħar erba’ snin irnexxielna nneħħu ħafna mill-istigma li kienet teżisti fil-konfront tal-komunità LGBTIQ.

Aqra aktar

Send this to a friend