LGBTIQ – Page 2 – One News

Notifiki

Vuċi għall-qraba ta’ persuni LGBTIQ

Jiem qabel ma pajjiżna jinxtegħel bil-kuluri tal-qawsalla għall-ġimgħa magħrufa bħala l-Pride Week, il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà nediet proġett bl-isem ta’ Rainbow Families Network.

Proġett li fiċ-ċentru tiegħu hemm il-qraba ta’ persuni LGBTIQ, li se jkunu qed jiltaqgħu fi spazju sikur fil-ġnien privat tal-Palazz ta’ San Anton.Aqra aktar

Bil-filmat: Il-ħajja ta’ koppji gay u wliedhom

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nediet filmat aktar kmieni llum li juri l-isfidi u kif ukoll il-mumenti sbieħ li jiltaqgħu magħhom familji LGBTIQ. Dan sabiex tiġi adotata kultura ta’ inklussività u ta’ rispett fis-soċjetà.

Il-filmat, li t-tema tiegħu hu #OurChildrenAreAlright, juri ħames sitwazzjonijiet ta’ familji differenti li ħadu deċiżjoni diffiċli iżda b’kuraġġ kbir biex jiżvelaw il-ħajja privata tagħhom u jaqsmu r-realtajiet tagħhom mas-soċjetà. 

Il-filmat li nħoloq mill-Fondazzjoni tal-President għall-Benessri tas-Soċjetà, inħoloq bil-għan li tgħin lis-soċjetà tbiddel il-mentalità bil-mod il-mod u taċċetta li familti LGBTIQ mhumiex differenti minn familji eterosesswali. Huma jaffaċċjaw l-istess sfidi bħal ġenituri u tfal, iżda b’ konsegwenza li jiġu ġġudikati mis-soċjetà, l-isfidi tagħhom isiru ferm ikbar.

Aqra aktar

“L-uniku protezzjoni għad-drittijiet ċivili f’pajjiżna huwa l-PL mmexxi minn Joseph Muscat”

Equality Labour uriet it-tħassib tagħha, permezz ta’ stqarrija, fir-rigward tal-wegħda pubblika li għamel il-kandidat għal Kap tal-PN, Dr Chris Said. Dr Said sostna li ġaladarba jkun elett Kap tal-PN, huwa jbiddel il-liġi biex ineħħi l-kunċett ta’ ugwaljanza sħiħa li fiha.

Equality Labour innotat kif Dr Said qiegħed jikkontradixxi lilu innifsu meta fil-Parlament hu ma qamx bil-wieqfa meta mistoqsi u vvota kontra l-liġi li issa jrid ibiddel.  Dan juri nuqqas ta’ prinċipji u politika ta’ konvenjena.

Aqra aktar

Minn LGBTI Labour għal Equality Labour – Clayton Cutajar fit-tmexxija

L-organizazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista mwaqqfa snin ilu, LGBTI Labour, għaddiet minn proċess ta’ tiġdid intern biex illum din saret tissejjaħ Equality Labour. L-organizazzjoni se tkun qed titmexxa minn Clayton Cutajar.

Minkejja t-tibdil fl-istrutturi tal-organizazzjoni, il-prinċipji li jiggwidaw u jixprunaw din is-sezzjoni fil-Partit Laburista għadhom l-istess, il-prinċipji tal-ugwaljanza, għal soċjetà li fiha int tkun int.

Aqra aktar

Daniel u Adrian jirreaġixxu live għal kliem Hermann Schiavone

Daniel u Adrian, huma koppja li għadhom kemm issieħbu f’unjoni ċivili. Waqt programm speċjali fuq ONE HD huma semgħu d-diskors tad-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone li ddikjara fil-Parlament li għalih jeżisti biss żwieġ wieħed dak bejn raġel u mara.

B’reazzjoni għal dan Adrian esprima li għal persuni LGBTIQ u l-familjari tagħhom, dan il-kliem qed jimbotta aktar nies ‘il bogħod mill-Partit Nazzjonalista. Huwa spjega ukoll li ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess ifisser bħal ma jfisser għal kull persuna, jiġifieri li żewġ persuni jingħaqdu, u li jgawdu mid-drittijiet daqs ħaddieħor.

Daniel qal li dan juri li dan il-Membru Parlamentari, ma jafx xi tfisser l-imħabba għaliex l-imħabba m’għandiex titlu u għalhekk hija universali għal kulħadd.

 Fil-Parlament, Hermann Schiavone, qal li l-ebda liġi mhi se tbiddilu din il-fehma anke jekk qal li l-parlament għandu jirregola kull sitwazzjoni. Huwa qal ukoll li l-att propost mill-Gvern huwa wieħed komunist.

Aqra aktar

Send this to a friend