LGBTI – One News

Tibda Malta Pride 2018

Tniedet il-Malta Pride 2018 b’għadd ta’ attivitajiet li ħa jkunu parti mill-gimgha idedikata lill-persuni LGBTI.

Il-President tal-Allied Rainbow Community Eammon Gomez saħaq li Malta għandha għax tiċċelebra dan il-qasam hekk kif tul dawn l-ahhar hames snin saru tibdiliet kbar specjalment fil-qasam legislattiv. Saħaq li Malta ghandha tkun ezempju ta’ kif pajjiz ghandu jimxi ’l quddiem.Aqra aktar

Vot lill-PN huwa theddida għad-drittijiet

Il-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għall-ugwaljanza u d-drittijiet umani.

Dan sostnietu mal-gazzetta t-Torċa Mia Sundelin, President ta’ Rainbow Rose, organizazzjoni li tiġbor fi ħdanha persuni LGBTI minn madwar l-Ewropa. 

Sundelin li qed issegwi wkoll l-andament elettorali f’pajjiżna qalet,

“Vot lill-Partit Laburista fit-tlieta ta’ Ġunju ifisser li Malta se tkompli tmexxi lill-Ewropa u lid-dinja fejn jidħlu d-drittijiet umani  u d-drittijiet tal-persuni LGBTI. Iżda vot lill-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għal dan il-progress.”

Dan il-kumment skjett minn għaqda rispettata ferm fuq il-fora internazzjonali ġie anki fid-dawl li l-Kap Simon Busuttil insista li fit-tim ta’ kandidati li qed jippreżenta jkollu lil Josie Muscat.

Aqra aktar

“Il-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha”

Il-Ministru Helena Dalli illejlla fil-parlament ħaditha qatta’ bla ħabel kontra l-Oppożizzjoni wara li rreferiet għall-istqarrija “moqżieża” li nħarġet mill-Partit Nazzjonalista fejn inqtal li l-Gvern qed juża nies LGBT bħala diversiv.

Il-Ministru, emozzjonata  għall-aħħar, qalety li “l-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha”.

Hija spjegat li l-istqarrija Nazzjonalista tgħid li l-Prim Ministru Joseph Musca,t meta jkun dahru mal-ħajt fuq il-kwistjoni tal-Panama, juża kwistjonijiet marbutin ma’ LGBT.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jisma’ dwar ir-rigal li huma wliedna

“Uliedna rigal” huwa ktieb li kien preżentat dalgħodu lill-Prim Ministru mill-grupp Drachma LGBTI u Drachma Parents Group.

Wara tmien snin jisimgħu esperjenzi differenti ta’ xulxin, ġenituri ta’ persuni LGBTIQ xtaqu jiddokumentaw l-istejjer li semgħu, għaliex qatt ma kien hawn ġabra ta’ kitba simili bil-Malti.

Aqra aktar

David Cameron ‘maħruq’ għalina

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma tantx hu kuntent b’Malta bħalissa. Dan għax wara li pajjiżu ilu erba’ snin jiġi l-ewwel f’dik li hi lista ta’ drittijiet għall-persuni LGBTIQ ippubblikata minn ILGA Europe, din is-sena r-Renju Unit waqa’ fit-tielet post. U post ir-Renju Unit ħaditu proprju Malta. F’taħdita fl-uffiċċju tiegħu, magħruf aħjar bħala No 10, Cameron qal: “Irrid dak l-ewwel post mill-ġdid.”

Aqra aktar

Send this to a friend