lead – One News

Notifiki

Il-politiċi ta’ għada f’laqgħa mal-Prim Ministru

Jiem wara li l-Partit Laburista fetaħ sejħa ġdida għall-programm LEAD, li għandu l-għan li jimbotta l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, dawk li kienu parti mir-raba’ sejħa ltaqgħu mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’Kastilja. Hawn kellhom iċ-ċans jiddiskutu l-modi kif dan il-programm tahom l-imbottatura li xtaqu biex jagħmlu dan il-pass, u liema kwistjonijiet iħossu li għandhom jiġu diskussi fuq livell ta’ Gvern.Aqra aktar

Il-PL bil-ħames sejħa għall-programm Lead

Il-Partit Laburista ħareġ il-ħames sejħa għall-programm LEAD, bil-ħsieb li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Aqra aktar

LIVE: Titnieda sejħa oħra għall-programm LEAD

Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD. Programm maħsub biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, li issa se jkun qed jidħol fit-tielet sena tiegħu.

Waqt xandira fuq facebook page tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, immarka s-suċċess ta’ dan il-programm u ħeġġeġ iktar persuni jingħaqdu fi ħdanu.Aqra aktar

Aktar nisa jingħaqdu fil-programm LEAD

30 mara minn żgħażagħ sa adulti se jitħarġu fit-tieni edizzjoni tal-programm LEAD tal-Partit Laburista.

Porgramm li ser jibda x-xahar id-dieħel, u li ser jagħti l-opportunita’ lill-parteċipanti biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja politika – Mira ewlenija tal-Partit Laburista biex filwaqt li l-istess Partit ikompli jiġġedded, iħajjar aktar nisa biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fl-ogħla istituzzjonijiet fosthom fil-Kunsilli Lokali, fil-Parlament, u fl-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Għandu jiddaħħal indiċi li jikkalkula kemm titħallas kera skond id-dħul tal-persuna- l-MEP Miriam Dalli

Persuni li għandhom dħul baxx u paga medja għandhom iħallsu mhux aktar minn persentaġġ stabbilit tad-dħul tagħhom f’kera. Dan jista’ jsir permezz ta’ indiċi li jqabbel il-kirjiet mad-dħul tal-familji. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli proponiet dan waqt li indirizzat attività fl-Orpheum fil-Gżira.

Aqra aktar

Il-Prim Minsitru sorpriż bis-suċċess ta’ LEAD

Wara s-suċċess li kiseb il-programm LEAD għal darb oħra l-Partit Laburista nieda sejħa oħra sabiex aktar nisa jitħajru jidħlu f’dan il-programm li jqarribhom u jgħallimhom fuq il-Politika Maltija.

Dan kollu bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fil-Parlament Malti.

B’reazzjoni għal dan il-Ħadd filgħodu fuq ONE RADIO il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li kien sorpiż għall-aħħar bis-suċċess li kiseb dan il-proġett mmexxi f’idejn il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.Aqra aktar

FILMAT: Tkompli l-esperjenza ta’ Lead

Jinsab fl-aqwa tiegħu l-programm LEAD tal-Partit Laburista.

F’dan il-filmat tista’ ssegwi l-aħħar żviluppi u tiltaqa’ ma’ wħud mill-parteċipanti li jitkellmu dwar l-esperjenza pożittiva li għaddejin minnha.Aqra aktar

Send this to a friend