Notifiki

Lejn Raħal Ġdid isbaħ

Fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina fi Triq il-Foss.

Dan wara li l-Gvern ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni għal din il-pjazza, li biex mhux biss jitjieb l-ambjent iżda titjieb l-esperjenza ta’ min imur jixtri miz-zona. Pjazza Antoine de Paul hija waħda mimlija attività kummerċjali, u l-għan hu li jiżdied l-ispazju miftuħ għan-nies. Il-proġett mistenni jiġi jiswa €3 miljuni u huwa ppjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.

Aqra aktar

Duruha waħda, please!

Qarrej minn tagħna bagħtilna dawn ir-ritratt tal-latrina li wieħed isib f’Għar Lapsi. Drenaġġ ħiereġ minn waħda mill-katusi, irwejjaħ ma jinfelħux u ambjent li żgur idejjqek speċjalment jekk tkun trid tidħol bit-tfal. Iċċekjajna u qalulna li hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Setgħet ma kinetx. Min hu responsabbli għandu jieħu ħsieb. Żgur li għandna bżonn dawra tajba. Aqra aktar

Faċilitajiet ġodda f’Ħondoq ir-Rummien

Il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien hija waħda frekwentata ħafna u fl-aħħar ġimgħat tlestew għadd ta’ faċilitajiet ġodda. Fosthom latrini moderni, walk way fuq il-bajja għal aktar aċċessibiltà u kontenituri taż-żibel iktar moderni u li jifirdu l-iskart. Aqra aktar

Send this to a friend