L-amministrazzjoni tal-PL f’laqgħa mal-MHRA dwar il-futur tat-turiżmu f’pajjiżna

L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ltaqghet mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u r-Ristortanti, l-MHRA, fejn matulha ġie diskuss l-progress li sar fis-settur turistiku, iżda wkoll ingħatat ħarsa fejn għandu jmur il-prodott turistiku Malti.Aqra aktar

Il-Ministru għal Għawdex f’laqgħa mal-GFA

Delegazzjoni mill-Gozo Football Association komposta mill-President Dr Samuel Azzopardi, Tony Grech Segretarju Ġenerali u George Cini Teżorier tal-istess Assoċjazzjoni ltaqgħet mal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Clint Camilleri fejn ġew diskussi proposti u għajnuna li l-istess Ministeru għal Għawdex jista’ joffri sabiex il-logħba tal-futbol f’Għawdex tkompli tikber. Ġew diskussi l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-Klabbs Għawdxin fil-mument u kif jistgħu jissaħħu għal ġejjini aħjar.

Aqra aktar

Delia ma ċaħadx li qatt iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma ċaħadx li ltaqa’ man-negozjant Yorgen Fenech fir-razzett tiegħu Ħaż Żebbuġ, liebes shorts, kif xehed ix-xhud ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

It-Tnejn waqt il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech,  il-middleman Melvin Theuma qal li Fenech qallu li Adrian Delia darba mar jiekol għandu fir-razzett tiegħu Ħaż-Żebbuġ. Aqra aktar

Il-Ministru Evarist Batolo pparteċipa f’laqgħa fejn ġiet dikussa l-importanza tal-industrija tat-turiżmu

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo pparteċipa f’laqgħa mal-ministri għall-affarijiet barranin tal-10 destinazzjonijiet l-aktar popolari ma’ turisti Ġermaniżi. Għal din il-laqgħa, organizzata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Heiko Maas, apparti l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-presidenza attwali tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE (il-Kroazja), ipparteċipaw ukoll il-ministri ta’ Spanja, il-Portugall, l-Italja, Ċipru, il-Greċja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bulgarija, l-Awstrija u Malta. Aqra aktar

Send this to a friend