Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE f’laqgħa virtwali mal-Mibgħut tal-President tal-Istati Uniti dwar il-Klima John Kerry

F’laqgħa virtwali bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u l-Mibgħut tal-President tal-Istati Uniti dwar il-Klima John Kerry, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fisser l-inizjattiva bħala prova tanġibbli tat-tiġdid tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq dan il-qasam tant importanti.Aqra aktar

Il-GWU tiltaqa’ mat-tmexxija ta’ ONE

Uffiċjali tal-General Workers Union, iltaqgħu mat-tmexxija tal-istazzjon ONE quddiem in-notifika li tressqet quddiem l-Avukat tal-Istat u l-Prim Awla Ċivili biex tinfetaħ kawża kontra l-istazzjonijiet politiċi ta’ pajjiżna.Aqra aktar

‘Kruċjali l-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija’ – Il-PM

“Il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija huma kruċjali sabiex ngħaddu mill-pandemija.” Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa li kellu mal-assoċjazzjoni għall-industrija tal-ispettaklu u l-arti f’kastilja.   Aqra aktar

Qbil fil-prinċipju bejn il-PL u l-MUT li jinfetħu l-iskejjel

F’laqgħa li saret il-Ħamis filgħodu bejn l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT kien hemm qbil fil-prinċipju favur il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel. Fl-istess laqgħa ġew diskussi numru ta’ temi fosthom dwar l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Aqra aktar

Send this to a friend