Johnson jiddeskrivi lil Biden bħala “nifs ġdid” fl-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva lill-President Amerikan Joe Biden bħala “nifs ġdid” wara li ltaqgħu għall-ewwel darba lejliet is-summit tal-G7 f’Cornwall.

Johnson qal li l-Amerka trid taħdem ma’ pajjiżu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurtà, in-NATO u t-tibdil fil-klima.

Żied li hemm armonija sħiħa mal-Amerka dwar l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja stabilixxew pjan dwar l-ivvjaġġar mill-ġdid lejn l-Atlantiku, wara li l-Amerka pprojbixxiet lill-maġġoranza tal-Brittaniċi milli jidħlu malli faqqgħet il-pandemija.

Laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sloven Anže Logar

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja Anže Logar.

Laqgħa li matulha ż-żewġ naħat trattaw diversi temi fosthom żviluppi fil-Mediterran, il-migrazzjoni irregolari u l-prijoritajiet tas-Slovenja għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jmiss.

Aqra aktar

Minn Awwissu 2022 se tidħol direttiva li tistipula għaxart ijiem leave għall-ġenituri  

Sal-bidu ta’ Awwissu tas-sena d-dieħla mistenni jkun hemm titjib fil-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol permezz ta’ miżura li se tistipula leave ta’ għaxart ijiem għall-ġenituri.

Dan se jkun qed jinkoraġġi responsabbilità maqsuma fit-trobbija tat-tfal li se tgħin sabiex il-ġenituri jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja tal-familja tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend