Notifiki

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli f’laqgħa mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli kellha laqgħa mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb, li matulha l-Ministru ppreżentat kopja tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għal Malta għas-snin 2021-2030 dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità bit-tema ‘Libertà li tgħix’ u kopja tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu ta’ Malta għas-snin 2021-2030 bit-tema ‘Nirrispettaw id-Diversità Inħarsu l-Ekwità’.Aqra aktar

“Il-Gvern se jibqa’ hemm għan-negozji” – il-PM f’laqgħa mal-imsieħba soċjali

Din hija garanzija bla ebda tlaqliq. Il-Gvern se jibqa’ jkun hemm għan-negozji.”

Din kienet id-dikjarazzjoni ewlenija tal-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-Erbgħa filgħodu.Aqra aktar

Il-PM jħabbar estensjoni oħra tat-tnaqqis tat-taxxa tal-boll għax-xiri tal-proprjetà

F’laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern qed jestendi l-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa tal-boll għal proprjetajiet sal-valur ta’ €400,000.Aqra aktar

KONTINWAMENT AĠĠORNAT: Biden u Putin jieħdu b’idejn xulxin qabel jibda s-Summit f’Ġinevra

13:35 – Ftit qabel is-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, Biden wasal f’Villa La Grange fejn se jsir is-Summit.

Huwa wkoll intlaqa’ wkoll mill-President Żvizzeru Guy Parmelin.

Ftit wara, it-tliet mexxejja ħarġu fid-daħla tal-villa u wara Biden u Putin ħadu b’idejn xulxin qabel jibda s-Summit.

Kien Biden li ħareġ idejh l-ewwel lejn Putin.

Aktar Qabel – Il-President Russu Vladimir Putin wasal Ġinevra fl-Iżvizzera għal summit mal-President Amerikan Joe Biden.

Iż-żewġ mexxejja taż-żewġ qawwiet fid-dinja se jiltaqgħu għall-ewwel darba bħala mexxejja tal-pajjiżi rispettiv tagħhom.

Il-laqgħa se ssir fi żmien meta r-relazzjonijiet bejn l-Amerka u r-Russja mhumiex daqstant tajba minn żmien il-Gwerra l-Bierda.

Fl-Iżvizzera kemm sigurtà massima, b’toroq magħluqin u servizz tat-trasport pubbliku sospiż.

Putin wasal f’ Villa La Grange, il-post fejn se jsir is-Summit.

Huwa kien milqugħ mill-President tal-Iżvizzera Guy Parmelin.

L-arrest ta’ Alexei Navalny, kritiku tal-Kremlin mistenni jkun diskuss fil-laqgħa.

Wara l-laqgħa, Biden u Putin mistennija jindirizzaw il-midja b’mod separat.

Johnson jiddeskrivi lil Biden bħala “nifs ġdid” fl-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva lill-President Amerikan Joe Biden bħala “nifs ġdid” wara li ltaqgħu għall-ewwel darba lejliet is-summit tal-G7 f’Cornwall.

Johnson qal li l-Amerka trid taħdem ma’ pajjiżu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurtà, in-NATO u t-tibdil fil-klima.

Żied li hemm armonija sħiħa mal-Amerka dwar l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja stabilixxew pjan dwar l-ivvjaġġar mill-ġdid lejn l-Atlantiku, wara li l-Amerka pprojbixxiet lill-maġġoranza tal-Brittaniċi milli jidħlu malli faqqgħet il-pandemija.

Send this to a friend