Notifiki

Inqas konsum ta’ laħam jgħin fit-tibdil fil-klima

Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti sostnew li jekk ħafna min-nies jibbażaw id-dieta tagħhom fuq ħaxix, tgħin biex jiġi kkontrollat it-tibdil fil-klima. Dan ħareġ minn rapport imħejji minn 107 xejenzati. Ir-rapport jgħid li l-konsum għoli ta’ laħam u prodotti tal-ħalib qed jixpruna t-tibdil fil-klima. Minkejja dan l-istqarrija, l-ebda xjenzat mhu qed jgħid li kull persuna għandha taqleb għad-dieta veġiterjana jew vegan. Aqra aktar

Giovedi Gras; jitla’ s-separju tradizzjonali

Maskarata tini perlina
Għax warajk għandek xadina
Minflok waħda tini tnejn
Għax tiddobba xi daqqtejn.

Propjament il-karnival jingħata bidu llum fejn il-ġurnata hija magħrufa bħala Giovedi Gras.

Inbeda fiż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u baqa’ jissaħħaħ maż-żmien.

Il-kelma karnival ġejja minn Carne Vale għax il-laħam tista’ tieklu f’dan iż-żmien minħabba li l-għada tal-jiem tal-bluha jibda r-randan.

Dari, in-nies kienu josservaw it-tradizzjonijiet reliġjużi ħafna aktar mil-lum u ma kienu jmissu l-ebda biċċa ħelu ma’ ħalqhom. wisq aktar laħam.

Din is-sena hawn stennija għal wieħed mill-aqwa karnivali li qatt ġie ċċelebrat fil-kapitali. Dan se jkun ukoll parti integrali miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena, li fiha l-Belt Valletta hija l-kapitali Ewropea.

It-Tajwan tipprojbixxi l-konsum tal-laħam ta’ klieb u qtates

Sa fl-aħħat it-Tajwan qed tipprojbixxi l-konsum ta’ laħam ta’ klieb u qtates, dan hekk kif il-ġimgħa l-oħra saret bidla fil-leġiżlatura tal-pajjiż fis-sezzjoni tad-drittijiet tal-annimali.

Din il-projbizzjoni saret sabiex it-Tajwan turi li hi kontra l-moħqrija tal-annimali li sfortunatament jispiċċaw ma jkollhomx l-aħħar jiem ta’ ħajjithom feliċi hekk kif il-kundizzjonijiet fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam mhix ħanina.

Aqra aktar

150kg f’laħam u prodotti tal-ħalib ikkonfiskati

Tul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, ‘il fuq minn 180kg f’laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ġejjin mil-laħam tat-tjur ġew ikkonfiskati mingħand diversi passiġġiera mill-Uffiċjali tad-Dwana

Bosta minn dawn il-passiġġieri kienu ġejjin minn pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni Ewropea. Huma ġew magħżula biex isir tixtix fil-bagalja personali tagħhom wara li meta sar l-iskreening kien hemm suspett li kienu qed iġorru oġġett li mhux sippost.

Aqra aktar

Qed nieklu iktar tiġieġ, imma l-majjal baqa’ popolari

Ħafna huma dawk li taqagħlhom żaqqhom malli jisimgħu b’xi majjalata jew xi platt tiġieġ il-forn imħawwar bi ħwawar tipiċi Maltin u dik it-tazza nbid. Forsi waqt li qed tgawdi platt mill-aqwa, żgur li ma jgħaddulekx minn moħħok mistoqsijiet bħal ‘Kif inhi l-produzzjoni tal-laħam f’pajjiżna?’ jew ‘Liema laħam huwa l-aktar imfittex mill-Maltin?’

Fil-każ tal-gazzetta Kullħadd, ma kienx platt mill-aqwa li ġegħelna nistħarrġu dan, imma statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ħarġet fix-xahar ta’ Frar. Statistika li tagħti ħarsa lejn kif kienet il-produzzjoni tal-laħam bejn Lulju u Diċembru 2016 turi li filwaqt li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u tat-tiġieġ naqas xi ftit, żdiedet il-produzzjoni taċ-ċanga, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Send this to a friend