laburista – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-villa tar-Reġina tgħaddi uffiċċjalment għand il-Gvern Malti

Villa Gwardamanġa, magħrufa aħjar magħna l-Maltin bħala l-Villa tar-Reġina, għaddiet uffiċjalment għand il-Gvern bl-iffirmar ta’ ftehim li tpoġġi l-unika residenza rjali barra r-Renju Unit taħt il-protezzjoni ta’ Heritage Malta.

Għalkemm l-istorja ta’ Villa Gwardamanġa bdiet fis-seklu tmintax meta nbniet, l-aktar perjodu interessanti għaliha kien dak li fih, il-prinċipessa Eliżabetta u żewġha għexu fiha b’kirja.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-ekonomija Maltija se tikber u tirkupra fis-sentejn li ġejjin – rapport tal-Bank Ċentrali

Rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-prospetti tal-ekonomija Maltija bejn l-2020 u l-2022 juri xenarju prinċipali fejn pajjiżna mistenni jirkupra sew is-sena d-dieħla u ta’ wara, fl-isfond ta’ daqqa ekonomika minħabba l-pandemija li ħadet id-dinja kollha.

Ix-xenarju prinċipali tal-Bank Ċentrali juri li f’sitwazzjoni ta’ miżuri effettivi, il-prodott domestiku gross mistenni li jonqos b’4.8% għal din is-sena iżda imbagħad jiżdied b’5.8% is-sena d-dieħla u b’4.2% fl-2022.

Il-prodott domestiku gross li jfisser it-total ta’ produzzjoni f’ekonomija jilgħab fattur importanti fit-tkabbir ekonomiku u dan ifisser li sas-sena d-dieħla, skont il-Bank Ċentrali, Malta se tesperjenza tkabbir ekonomiku.

Dan huwa konformi ma’ dak li qal il-Fond Monetarju Internazzjonali li f’April innota kif Malta se tieħu l-inqas daqqa ekonomika fl-Ewropa.

F’rapport dettaljat, il-Fond Monetarju Internazzjonali kien qal li pajjiżna se jieħu biss kważi terz tad-daqqa ekonomika li se ssofri l-bqija tal-Ewropa.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mil-lum rilaxxati kważi l-kumplament tar-restrizzjonijiet

Il-5 ta’ Ġunju 2020 kien jum tant mistenni għal bosta hekk kif grazzi għall-aħħar rilaxx ta’ miżuri, in-negozji u l-familji ħadu pass ieħor għan-normalità.

Dan il-jum immarka wkoll ġimagħtejn minn mindu l-istabbilimenti kummerċjali fetħu mill-ġdid. Żjara li għamlet it-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija tefgħet dawl fuq l-esperjenzi varji tan-negozji. Fi kliem il-Perit David Xuereb, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-istabbilimenti kollha wrew serjetà kbira fl-operat mill-ġdid tagħhom u adattaw ħidmiethom skont l-istruzzjonijiet tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jason Azzopardi ma jweġibx dwar responsabilità politika

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi ma weġibx għall-mistoqsijiet tagħna dwar ir-responsabilità politika li għandu jerfa’ wara li l-inkjesta Maġisterjali sabet b’mod ċar li l-Prim Ministru, il-Brigadier u s-suldati ma kinux involuti fi qtil ta’ immigranti.

Iktar minn hekk, l-inkjesta qalet li l-allegazzjonijiet li saru fost oħrajn mid-deputat Nazzjonalista ma kinux imsejsa fuq provi u ma sarux il-verifiki.

Iżda meta staqsejnih dwar ir-responsabilità politika, Jason Azzopardi lebbet l’hemm hekk kif ħareġ mill-Parlament.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Minn għada tibda l-iskema t’għajnuna fil-ħlas tad-depożitu t’10% fuq proprjetà

 

Mill-Ħamis, żgħażagħ fost oħrajn se jibdew jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern fil-ħlas tad-depożitu tal-10% għall-ewwel proprjetà tagħhom. Din l-iskema se ssir b’investiment ta’ €3 miljun u li minnhom huwa stmat li jgawdu 300 applikant.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qalu li din l-iskema se tgħin żgħażagħ li jkunu eleġibbli li jissellfu mill-bank biex jixtru l-proprjetà tagħhom iżda ma jkollhomx biżejjed likwidità sabiex iħallu id-depożitu.

Aqra aktar

DIRETT: Eluf għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala Mexxej Laburista

Stennija kbira għall-ewwel diskors tal-Avukat Robert Abela li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett bħala d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista. Abela rnexxielu jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-membri tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.

Id-diskors mistenni jibda għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-padiljun ta’ f’Raħal Ġdid. Il-Mexxej Laburista elett Robert Abela se jagħlaq il-kungress tal-membri li matulu l-Partit Laburista ħatar mexxej ġdid.Aqra aktar

Send this to a friend