Notifiki

Aġġornat: Rajt kollox iseħħ quddiemi…tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-każ DCG

Rajt kollox iseħħ quddiemi-ballun tan-nar li qabad mat-tieni splużjoni- hekk xehed Francis Sant waqt il-kumpilazzjoni tal-Qorti b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Francis Sant kien l-ewwel persuna li ra d-delitt makabru iseħħ quddiemu.  Dan ir-raġel li huwa mill-Bidnija u li kien jgħix ftit il-bogħod minn Daphne Caruana Galizia jirrakkonta bi preċiżjoni x’ġara dakinhar li seħħ il-qtil:

“Kont tlajt bicca sew mit-telgħa tal-Bidnija fejn fl-istess waqt lmaħt karozza zgħira ġejja fl-oppost tiegħi-bi speed bilmod..u fil-frattemp, din il-karozza naraha tieqaf u fi ftit sekondi għamlet l-ewwel sparatura minn taħt”

Sant spjega li malli ntebaħ bl-ewwel splużjoni, huwa waqaf sobtu faċċata tagħha- fejn kien ftit metri l-bogħod minn Daphne Caruana Galizia:

“ftit sekondi wara seħħet splużjoni enormi-il-karozza qabżet is-sies u spiċċat ġo għalqa- din baqgħet miexja sa ma waslet għal diżlivell ieħor fejn mbagħad wara niżlet ġo għalqa.

Mat-tieni spluzjoni, Francis Sant saq ftit il-quddiem u minnufih niżel mill-karozza fejn lemaħ xo partijiet fl-art. Huwa li ntebaħ li l-vittma kienet Daphne Caruana Galizia malli ra lill-binha Matthew.

Fil-Qorti telgħu numru ta’ xhieda li kienu fuq il-post fosthom pumpiera kif ukoll pulizija- bl-aktar kumment li spikka kien li fil-ħin illi seħħ il-każ kien hemm kaos- fejn kulħadd kien qed jagħmel minn kollox sabiex jaqdi dmirijietu bl-aħjar mod possibbli.

B’rabta mal-operazzjoni li waslet għall-arresti tal-aħwa Degiorgio kif ukoll Vince Muscat, id-difiża provat timplika li fil-ħin li saru t-tfixxijiet fil-maħżen l-Marsa kien għad m’hemmx mandat ta’ tfixxija maħruġ mill-Maġistrat.  Kien hawnhekk li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċanfret lill-istess avukat- dan hekk kif il-mandati ta’ tfixxija nħarġu.

Send this to a friend